Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI SOĊJALI U AFFORDABBLI: Il-ħidma fis-settur tal-akkomodazzjoni soċjali u affordabbli qed tħalli differenza tanġibbli fil-ħajja ta' tant familji

pr250838
Date Icon 19/05/2025


Madwar familja kull jumejn issir sid ta' darha u żewġ familji kull ġurnata jirċievu għajnuna finanzjarja biex itejbu l-kwalità tar-residenza tagħhom

Il-Ministru għall-Akkomodazzjoni Soċjali u Affordabbli Roderick Galdes, indirizza konferenza għall-aħbarijiet li fiha tkellem dwar l-aħħar studji tal-Awtorità tad-Djar, kif ukoll ir-rapport annwali tal-istess awtorità għas-sena 2024. Il-Ministru Galdes spjega kif il-ħidma li qiegħda titwettaq fis-settur tal-akkomodazzjoni soċjali u affordabbli ħalliet differenza tanġibbli fil-ħajja ta' kuljum ta' tant familji.

Matul is-sena 2024 sar rekord ta' allokazzjonijiet tal-akkomodazzjoni soċjali, hekk kif ir-rapport annwali tal-Awtorità tad-Djar juri li saru madwar 550 allokazzjoni ġdida. Il-Ministru Galdes tenna li “dan kollu jkompli jawgura tajjeb sabiex tkompli tiġi indirizzata l-lista ta' stennija, in linja mal-Viżjoni Malta 2050. Mill-2017 sal-2024, il-lista ta' stennija naqset kważi bin-nofs. Dan seta' jkun possibbli bis-saħħa ta' bini ġdid, bis-saħħa tal-iskema Nikru biex Nassistu, kif ukoll bis-saħħa ta' xogħol estensiv fuq proprjetajiet dilapitati, inklużi dawn abbandunati li llum qegħdin jerġgħu jintużaw għal skop soċjali."

Il-ministru rrimarka li preżentament, għaddej ukoll ix-xogħol fuq proġetti ta' akkomodazzjoni ġodda, fosthom fis-Siġġiewi, fil-Qrendi, fil-Mellieħa, f'Bormla, kif ukoll f'Ħal Farruġ fejn qed isir xogħol fuq l-akbar proġett ta' akkomodazzjoni soċjali fil-pajjiż.

Il-Ministru Galdes kompla li meta wieħed janalizza l-iskemi li għandha l-Awtorità tad-Djar, jifhem l-impatt li qegħdin iħallu dawn l-iskemi fil-ħajja ta' kuljum tal-poplu Malti u Għawdxi. Spjega kif iktar minn 12,300 familja bbenefikaw mill-iskemi tal-Awtorità tad-Djar matul l-2024.

“Permezz ta' investiment li jaqbeż is-€70 miljun qegħdin nilħqu iktar benefiċċjarji, kif ukoll qed naraw qabża fil-kwalità", qal il-ministru. Huwa semma kif dan kollu qiegħed jiġi rifless fi proġetti ta' akkomodazzjoni soċjali state-of-the-art, proġetti ta' riġenerazzjoni tal-oqsma tad-djar antiki fil-pajjiż, installazzjonijiet ta' liftijiet ġodda, skemi li jgħinu fil-kirjiet residenzjali privati, u skemi li jsaħħu l-purchasing power tal-poplu Malti u Għawdxi.

Il-ministru rrefera għall-aħħar statistika uffiċjali fejn jirriżulta li 85% tal-Maltin huma sidien ta' darhom. “Permezz tal-investiment li qegħdin nagħmlu mill-2017 għenna madwar familja kull jumejn issir sid ta' darha permezz tal-iskemi Deposit Guarantee, Equity Sharing, Social Loan, New Hope u Sir Sid Darek," kompla jispjega l-ministru. Dan filwaqt li żewġ familji kull ġurnata rċevew għajnuna finanzjarja biex itejbu l-kwalità tad-dar tagħhom permezz tal-iskemi li tħaddan l-awtorità.

Il-ministru aċċenna wkoll għall-irwol li għandha l-Awtorità tad-Djar bħala regolatur tal-kera privata residenzjali. Wara t-tibdil fil-liġi tal-Kirjiet ta' Residenzi Privati, li għamel ir-reġistrazzjoni tal-kuntratti b'mod obbligatorju, fl-2024 ġew irreġistrati mal-awtorità 55,718 kuntratt ġdid, filwaqt li fit-tmiem tal-2024, kien hemm iktar minn 66,000 kuntratt attiv reġistrat mal-Awtorità tad-Djar.

Il-Kap Eżekuttiv tal-Awtorità tad-Djar, Matthew Zerafa, qal li, “It-trasformazzjoni li qegħdin inwettqu fl-Awtorità tad-Djar qiegħda tħalli r-riżultati mixtieqa. Irridu nibqgħu nagħmlu impatt permezz ta' aktar  soluzzjonijiet u proġetti komunitarji, it-trasformazzjoni diġitali u aktar ħidma biex intejbu l-effiċjenza u l-effettività tal-operat tal-awtorità."

Ritratti (MSAA)

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI SOĊJALI U AFFORDABBLI: Il-ħidma fis-settur tal-akkomodazzjoni soċjali u affordabbli qed tħalli differenza tanġibbli fil-ħajja ta' tant familji
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI SOĊJALI U AFFORDABBLI: Il-ħidma fis-settur tal-akkomodazzjoni soċjali u affordabbli qed tħalli differenza tanġibbli fil-ħajja ta' tant familji
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow