Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-GVERN TA’ MALTA

pr250836
Date Icon 18/05/2025

Il-Gvern ta’ Malta permezz tal-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu, il-Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà u x-Xogħol, u l-Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħlijiet Pubbliċi, f’kordinament sħiħ mal-Forzi Armati ta’ Malta, il-Korp tal-Pulizija, Transport Malta u l-Kaptan tal-Port, ilu mill-bidu ta’ dan ix-xahar jaħdem bil-ħsieb li filwaqt li tkun imħarsa s-sigurtà nazzjonali, tinstab soluzzjoni għall-bastiment Conscience, li ilu ankrat barra mit-territorju marittimu Malti. Dan bħala parti mill-impenn li ta l-Prim Ministru Robert Abela dwar il-ħtieġa li l-bastiment, li jifforma parti mill-‘Freedom Flotilla Coalition’, jingħata l-għajnuna barra l-ibħra territorjali ta’ pajjiżna. 

Iż-żewġ għanijiet ta’ din il-ħidma kienu li n-nies abbord il-bastiment ikunu jistgħu jkollhom is-serħan dovut wara jiem sħaħ fuq il-baħar, filwaqt li sid il-bastiment iwassal il-bastiment fil-kenn ta’ port. L-ewwel riżultati ta’ din il-ħidma kienet miksuba fil-5 ta’ Mejju meta sitt passiġġieri li kien hemm abbord il-bastiment kienu ġew megħjuna mill-awtoritajiet sabiex jidħlu fil-Port il-Kbir u jitwasslu lejn l-ajruport, biex minn hemm qabdu titjira lura lejn pajjiżhom.

Tali ħidma baqgħet għaddejja f’dawn l-aħħar jiem sabiex b’hekk sid il-bastiment seta’ jipprovdi tug boat li lbiraħtlula waslet biswit il-bastiment Conscience bil-għan li tirmonkah. Kien proprju llum li t-temp ippermetta li din l-operazzjoni ssir u għaldaqstant kollox seta’ jitħejja minn dalgħodu biex il-bastiment Conscience ma jibqax ankrat fuq Hurd’s Bank, iżda jiġi rmonkat lejn port ieħor fil-Mediterran.

Il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu kkordina sabiex conveyance vessel toħroġ biswit il-bastiment Conscience u minn hemmhekk tgħabbi t-tnax-il persuna li jifformaw l-ekwipaġġ u ddaħħalhom f’Malta, sabiex immedjatament wara jkunu jistgħu jirkbu titjira li biha jkunu jistgħu jmorru lura f’arthom.

Din il-ħidma setgħet tkun possibbli bl-għajnuna tar-rappreżentant tal-International Transport Workers Federation f’Malta, il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin tat-Turkija u l-Ambaxxata Torka f’Malta, li lkoll kemm huma jixirqilhom ħajr għall-ħidma tagħhom biex din l-operazzjoni tintemm b’suċċess.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow