Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT Il-President Myriam Spiteri Debono żżur il-faċilitajiet ta’ easyJet Engineering fl-ewwel sena tal-kumpanija f’Malta

PR250827
Date Icon 16/05/2025

Il-kumpanija easyJet ilha 17 sena stabbilita f'Malta, tħaddem mal-400 persuna u tagħti opportunitajiet ta' apprendistat lill-istudenti

L-E.T, il-President Myriam Spiteri Debono, żaret il-faċilitajiet ta' easyJet f'għeluq l-ewwel sena mill-ħolqien ta' easyJet Engineering Malta, linja tal-ajru Ewropea ewlenija li topera aktar minn 1000 rotta għal aktar minn 160 ajruport madwar 35 pajjiż.

Minn meta bdiet topera lejn u minn Malta fl-2008, easyJet ħolqot relazzjoni b'saħħitha mal-pajjiż, b'aktar minn erba' miljun passiġġier jivvjaġġaw minn u lejn Malta. Illum, il-linja tal-ajru sservi aktar minn 500,000 klijent kull sena permezz tal-konnessjonijiet tagħha ma' Malta.

L-operat ta' easyJet Engineering f'Malta jieħu ħsieb il-manutenzjoni tal-flotta ta' 346 ajruplan tal-linja tal-ajru, bil-kumpanija tikkontribwixxi b'mod importanti fl-ekonomija tal-pajjiż, timpjega madwar 470 persuna u tipprovdi opportunitajiet ta' apprendistat u taħriġ lill-istudenti Maltin tal-inġinerija li jkunu qegħdin isegwu korsijiet fl-MCAST. Preżentament hemm aktar minn 70 student f'dan l-apprendistat.

Waqt li ltaqgħet mal-ħaddiema, il-President irrikonoxxiet il-kontribut u l-ħiliet tagħhom biex illum Malta tinsab fuq quddiem nett bħala ċentru strateġiku tal-inġinerija fis-settur tal-avjazzjoni, u magħrufa għal servizz li jilħaq standards għolja ta' kwalità u sigurtà.

Waqt li tkellmet dwar il-ħolqien tax-xogħol li ġġenerat il-kumpanija, il-President qalet li dan qed jikkontribwixxi b'mod sinifikanti għall-iżvilupp ekonomiku u soċjali ta' Malta, billi itejjeb il-ħiliet tal-ħaddiema lokali u tipprovdi opportunitajiet ta' xogħol.

Brendan McConnellogue, id-Direttur tal-Inġinerija u l-Manutenzjoni ta' easyJet, qal: “Ninsabu onorati li ospitajna lill-Eċċellenza Tagħha l-President Myriam Spiteri Debono hekk kif qed niċċelebraw l-ewwel anniversarju ta' easyJet Engineering Malta, li għandha rwol kruċjali fil-manutenzjoni ta' flotta moderna u dejjem ikbar ta' iktar minn 350 ajruplan.

“Ninsabu kburin li għandna storja twila f'Malta, mhux biss billi nipprovdu konnettività madwar l-Ewropa, imma wkoll b'din il-faċilità. Hu għalhekk li aħna kburin li qed nikkommemoraw l-ewwel sena ta' ħidma b'dedikazzjoni u suċċess ta' easyJet, li wasslet għal iktar minn 400 kollega ġdid b'ħiliet għolja fit-tim tagħna, waqt li nappoġġjaw l-impjiegi lokali u nikkontribwixxu għall-ekonomija lokali."

Min-naħa tiegħu Daniel Galea, Direttur Maniġerjali ta' easyJet Engineering Malta, qal: “Ninsabu kburin bl-ewwel sena ta' ħidma tagħna. Is-suċċess tagħna jiddependi fuq il-pilastri ewlenin li huma: l-impjegati tagħna u l-impenn lejn l-eċċellenza fix-xogħol u standards għoljin tal-ħidma tagħna. Il-viżjoni tagħna għall-futur hi li nibqgħu nikbru, kemm fl-oqsma tar-riżorsi umani kif ukoll fil-qasam tal-operazzjonijiet tagħna, mingħajr ma ninsew l-għan tagħna li nilħqu l-kwalità fil-ħidma tagħna."

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT Il-President Myriam Spiteri Debono żżur il-faċilitajiet ta’ easyJet Engineering fl-ewwel sena tal-kumpanija f’Malta
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT Il-President Myriam Spiteri Debono żżur il-faċilitajiet ta’ easyJet Engineering fl-ewwel sena tal-kumpanija f’Malta
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT Il-President Myriam Spiteri Debono żżur il-faċilitajiet ta’ easyJet Engineering fl-ewwel sena tal-kumpanija f’Malta
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT Il-President Myriam Spiteri Debono żżur il-faċilitajiet ta’ easyJet Engineering fl-ewwel sena tal-kumpanija f’Malta
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow