Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U D-DRITTIJIET TAT-TFAL Varat il-Unit Nazzjonali għad-Dipendenza mid-Droga

PR250823
Date Icon 16/05/2025

Ġie varat il-Unit Nazzjonali għad-Dipendenza mid-Droga (NDAU), li ser ikun qed isaħħaħ il-ħidma tal-professjonisti meta jiġbru informazzjoni xjentifika sabiex iservi ta' linja gwida għall-politiki marbuta ma' dan is-suġġett.

Dan il-Unit ġie stabbilit b'mandat ċar sabiex jimmonitorja, jirrapporta, u jikkontribwixxi għal strateġiji nazzjonali li jindirizzaw kwistjonijiet relatati mad-dipendenza mid-droga. Il-qafas legali ta' dan il-Unit jinkludi responsabbiltajiet u strutturi ta' governanza li jappoġġjaw aktar  xogħol ibbażat fuq evidenza, li hija xjentifikament indipendenti, u skont l-ogħla standards f'dan il-qasam.

Dawn id-dettalji tħabbru mill-Ministru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal Michael Falzon waqt konferenza tal-aħbarijiet li fiha ngħatat informazzjoni dwar kif dan il-Unit ser ikun qed isaħħaħ il-ħidma olistika kontra d-dipendenza mid-droga.

“Irridu nkomplu nwasslu l-messaġġ illi d-dipendenza ġġibek mingħajr ebda kontroll. Bħala gvern impenjati li nkomplu nedukaw, nipprevjenu u nikkordinaw politika li tilqa' għad-dipendenza mid-droga," stqarr il-Ministru Michael Falzon.

Min-naħa tiegħu, iċ-Chairperson tal-NDAU Prof. Richard Muscat spjega li dan il-Unit ser ikun qed jagħti stampa aktar olistika tal-użu tad-droga f'pajjiżna, u r-rispons strutturat għad-dipendenza. Qal li permezz ta' dan il-Unit se jkun hemm lok għal aktar riformi.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U D-DRITTIJIET TAT-TFAL Varat il-Unit Nazzjonali għad-Dipendenza mid-Droga
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U D-DRITTIJIET TAT-TFAL Varat il-Unit Nazzjonali għad-Dipendenza mid-Droga
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow