Left arrow Go Back

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-GVERN LOKALI: It-12-il edizzjoni ta' Festa Fjuri fl-Iklin

pr250820
Date Icon 16/05/2025

Għat-tnax-il sena konsekuttiva, il-Kunsill Lokali tal-Iklin, se jtella' edizzjoni oħra ta' Festa Fjuri f'din il-lokalità. Kif iġib l-isem, il-lokalità tal-Iklin hija sinomina mal-fjuri u l-pjanti, u għalhekk il-Kunsill Lokali għal dawn l-aħħar snin dejjem ħaseb li jtella' din l-attività.

Festa Fjuri, se tkun qed tittella' nhar is-Sibt, 17 ta' Mejju, bejn id-09:00 u s-14:00 fi Triq Ġużè Ellul Mercer u Pjazza Ninu Cremona, fejn fost oħrajn se tkun qed issir infjorata magħmula minn pjanti u qsari kkuluriti. Dan tħabbar mis-Segretarju Parlamentari għall-Gvern Lokali, Alison Zerafa Civelli, u preżenti kien hemm id-Direttur Ġenerali tad-Diviżjoni għall-Gvern Lokali, Emile Vassallo, is-Sindku tal-Iklin, Dorian Sciberras, u membri oħra tal-kunsill lokali u l-Kap tal-iskola ta' Ħal Lija.

Ġie spjegat, li matul din il-ġurnata se jkun qed jittellgħu għadd kbir ta' attivitajiet bil-parteċipazzjoni ta' diversi Għaqdiet fl-Iklin, Għaqdiet mhux Governattivi, Entitajiet Governattivi, kif ukoll l-iskola primarja ta' Ħal Lija. Jispikkaw f'din l-attività hemm xarba magħmula mill-klin u kif ukoll ikel magħmul mill-fjuri.

Is-Segretarju Parlamentari Alison Zerafa Civelli qalet kif il-finanzjament ta' din l-attività ġie sostnut mill-iskema tal-attivitajiet kulturali annwali maħruġa mid-Diviżjoni għall-Gvern Lokali. Hija rrimarkat kif il-Gvern qed ikun ta' appoġġ għal dawn l-attivitajiet li jagħtu identità lil-lokalità rispettiva.

“B'sodisfazzjon nara li diversi Kunsilli Lokali, qed jersqu 'l quddiem u jkunu innovattivi fl-attivitajiet tagħhom. F'dan il-każ, il-Kunsill Lokali tal-Iklin, għal dawn is-snin kollha ra kif jislet attività annwali mill-isem tal-lokalità li abbinaha mal-identità tal-istess lokalità," qalet is-Segretarju Parlamentari.

Min-naħa tiegħu s-Sindku tal-Iklin, Dorian Sciberras, irringrazzja lis-Segretarjat Parlamentari u d-Diviżjoni għall-Gvern Lokali, għas-sostenn u l-appoġġ finanzjarju ta' din l-attività. Qal kif minn sena għal oħra r-residenti ta' din il-lokalità jkunu qed jistennew din l-attività li tgħaqqadhom flimkien.

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-GVERN LOKALI: It-12-il edizzjoni ta' Festa Fjuri fl-Iklin
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-GVERN LOKALI: It-12-il edizzjoni ta' Festa Fjuri fl-Iklin
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow