Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U D-DRITTIJIET TAT-TFAL Servizz ta’ After-Care f’Dar Charles Miceli

PR250813
Date Icon 15/05/2025

Il-Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal kompla jsaħħaħ il-ftehimiet soċjali bil-għan li jagħti l-aqwa servizzi individwali u fit-tul lill-persuni li jkunu temmew b'suċċess programm ta' riabilitazzjoni.

Nhar l-Erbgħa filgħaxija, sar l-iffirmar mal-Fondazzjoni Caritas, b'finanzjament ta' €975,000 fuq 3 snin, li jassigura l-għoti ta' servizz minn Dar Charles Miceli.

Dan tħabbar mill-Ministru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal, Michael Falzon fejn żied jgħid li dan il-ftehim jinkludi fih żieda fl-allokazzjoni ta' aktar minn 22% fuq dak preċedenti. Huwa sostna li dawn il-ftehimiet huma xhieda ta' Gvern li jadotta politika li tgħin lil kulħadd.

Iż-żmien ta' riabilitazzjoni f'Dar Charles Miceli huwa fażi importanti, magħrufa aħjar bħala After-Care, fejn il-persuni jerġgħu jintegraw lura fis-soċjetà u jkunu esposti għall-ħajja komunitarja. Hawnhekk toħroġ l-importanza ta' reżiljenza li dawn il-persuni jkunu rabbew tul il-programm li jkunu għamlu, li jippreparahom meta jiġu biex jiffaċċjaw sfidi soċjali, finanzjarji u anke dawk marbuta mal-vizzju tagħhom.

Min-naħa tiegħu, id-Direttur tal-Caritas, Anthony Gatt stqarr li f'din ir-residenza hemm sens qawwi ta' kullana ta' familja fejn kulħadd jissapportja lil xulxin anke fl-iktar mumenti diffiċli. Huwa faħħar ukoll l-impenn tal-Gvern sabiex jiżgura li jibqa' jingħata għajnuna individwali, sapport fit-tul u servizz ta' professjonisti professjonali 24 siegħa kuljum.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U D-DRITTIJIET TAT-TFAL Servizz ta’ After-Care f’Dar Charles Miceli
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U D-DRITTIJIET TAT-TFAL Servizz ta’ After-Care f’Dar Charles Miceli
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U D-DRITTIJIET TAT-TFAL Servizz ta’ After-Care f’Dar Charles Miceli
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U D-DRITTIJIET TAT-TFAL Servizz ta’ After-Care f’Dar Charles Miceli
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow