Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U D-DRITTIJIET TAL-ANNIMALI Regolamenti ġodda għall-kategorizzazzjoni tal-bdiewa biex il-benefiċċji jkunu speċifiċi u aktar effettivi

PR250805
Date Icon 14/05/2025

F'konferenza tal-aħbarijiet, il-Ministru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali Anton Refalo ħabbar li 'l fuq minn 15,000 bidwi u raħħal ġew jew qegħdin fil-proċess li jiġu kategorizzati.

Il-Ministru Refalo saħaq li permezz ta' dawn il-regolamenti, il-Gvern se jkun f'pożizzjoni aħjar li jifhem il-ħtiġijiet tal-bdiewa, ifassal politiki u jagħti inċentivi mmirati biex jilħqu l-ħtiġijiet tal-kategoriji differenti ta' bdiewa li hawn f'pajjiżna. Sostna li iktar ma jkunu ffokati dawn il-politiki iktar ikunu effettivi u jwasslu għal benefiċċji ikbar għal min ikunu indirizzati.

Dawn ir-regolamenti huma meqjusa bħala kruċjali għas-sostenibbiltà tas-settur agrikolu f'pajjiżna u pass ieħor 'il quddiem biex il-Gvern ikompli jsaħħaħ u jibni fuq il-bosta riformi u miżuri importanti li diġà ħa f'dan il-qasam.

Il-Ministru spjega li bis-saħħa ta' dawn ir-regolamenti, ġew ippubblikati l-kategoriji li fuqhom kellha ssir din il-kategorizzazzjoni tal-bdiewa, kemm dawk li jaħdmu l-uċuħ tar-raba', dawk li jrabbu l-bhejjem kif ukoll għal dawk li għandhom attività ekonomika mħallta. Dawn il-parametri huma mibnija fuq stima tal-bejgħ tal-azjenda, l-introjtu annwali kif ukoll fuq id-daqs tal-art maħduma jew in-numru ta' bhejjem reġistrati.

Għalhekk il-Ministru Refalo ħeġġeġ lill-bdiewa kollha jipparteċipaw f'sessjonijiet ta' informazzjoni li se jiġu organizzati apposta, fosthom biex ikunu jiġu megħjuna kif għandhom jimlew il-formoli neċessarji u sabiex l-awtoritajiet konċernati jkollhom id-dejta meħtieġa.

“Kommessi li nkomplu bil-ħidma favur il-bdiewa ta' Malta u Għawdex u nemmnu li din il-kategorizzazzjoni se toffri bażi soda biex ikollna policies u inċentivi speċifiċi għal kull kategorija. B'hekk inkunu qed niżguraw li qed isir l-aħjar użu possibbli għar-riżorsi li għandna u niżguraw li l-agrikoltura f'pajjiżna tkun waħda produttiva u sostenibbli," temm jgħid il-Ministru Refalo.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U D-DRITTIJIET TAL-ANNIMALI Regolamenti ġodda għall-kategorizzazzjoni tal-bdiewa biex il-benefiċċji jkunu speċifiċi u aktar effettivi
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U D-DRITTIJIET TAL-ANNIMALI Regolamenti ġodda għall-kategorizzazzjoni tal-bdiewa biex il-benefiċċji jkunu speċifiċi u aktar effettivi
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow