Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U D-DRITTIJIET TAT-TFAL: Sejħa għal governanza diġitali aktar b'saħħitha u inklussiva

pr250803
Date Icon 14/05/2025


Fi Strasburgu, il-Ministru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal Michael Falzon indirizza l-ftuħ tal-Edizzjoni tad-Djalogu Ewropew 2025 tal-Kunsill Ewropew li ddiskutiet il-Governanza tal-Internet.

Il-ministru sostna li l-era diġitali wasslet għal rivoluzzjoni soċjali u jeħtieġ governanza Ewropea strutturata li tilqa' għal sfidi bħall-misinformazzjoni, lingwa ta' mibegħda,  u esplojtazzjoni diġitali li jolqtu l-aktar faxex vulnerabbli, ewlenija fosthom it-tfal.

“L-aħjar interess  u l-protezzjoni tat-tfal għandu dejjem jingħataw prijorità. Għandu jkun hemm mhux biss obbligazzjonijiet legali iżda anke responsabbiltajiet morali. Iktar minn qatt qabel qed tinħass il-ħtieġa urġenti għal struttura tal-governanza diġitali li żżomm fornituri tas-servizzi onlajn responsabbli għal kwalunkwe nuqqasijiet fil-pjattaformi diġitali," saħaq il-Ministru Michael Falzon.

Il-Ministru Michael Falzon kompla jinsisti dwar governanza ċara li tistabbilixxi regoli ċari, speċjalment b'rabta ma' kontenut aċċessibbli għal-minuri. Hawnhekk il-Ministru ħeġġeġ għal rispons kollettiv u kkoordinat, li jinvolvi gvernijiet differenti, s-soċjetà ċivili, l-akkademja, u s-settur privat.

Fl-isfond ta' dan kollu, il-Ministru Michael Falzon ħabbar li f'Lulju li ġej, Malta se tospita Konferenza Ministerjali ta' livell għoli li timmarka l-15 anniversarju tal-Konvenzjoni Lanzarote dwar il-protezzjoni tat-tfal kontra l-abbuż u l-esplojtazzjoni sesswali.

Huwa temm jgħid li Malta tibqa' impenjata bis-sħiħ sabiex tiżviluppa governanza responsabbli tal-internet li tkun fl-istess direzzjoni ma' dik tal-Kunsill Ewropew.

Ritratti: MSPC

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U D-DRITTIJIET TAT-TFAL: Sejħa għal governanza diġitali aktar b'saħħitha u inklussiva
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U D-DRITTIJIET TAT-TFAL: Sejħa għal governanza diġitali aktar b'saħħitha u inklussiva
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow