Left arrow Go Back

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAS-SAJD, L-AKWAKULTURA U D-DRITTIJIET TAL-ANNIMALI Il-Gvern ikompli jisma’ u jwettaq it-talbiet tas-sajjieda: Hoist ġdid installat fil-Veċċja, San Pawl il-Baħar

pr250798
Date Icon 13/05/2025

Is-Segretarju Parlamentari Alicia Bugeja Said ħabbret l-installazzjoni ta' fish hoist ġdid fil-Veċċja, f'San Pawl il-Baħar, wara talbiet li saru mis-sajjieda tal-lokal. Dan il-hoist se jkun qed jiffaċilita l-ħidma ta' kuljum ta' dawn is-sajjieda.

“Din kienet talba li ilna nisimgħu minn ħafna sajjieda taż-żona, u llum, il-Gvern reġa' wera kemm hu impenjat li jisma' u jwieġeb għal dak li verament jgħodd għal dawn il-komunitajiet," saħqet is-Segretarju Parlamentari Bugeja Said.

Hija sostniet li dan mhux se jkun l-uniku investiment ta' dan it-tip. “Proprju llum tagħlaq is-sejħa għall-offerti għall-installazzjoni ta' hoist ieħor fil-Port tal-Marfa, sabiex anke s-sajjieda fin-naħa ta' fuq ta' Malta jkunu moqdija b'faċilitajiet moderni u effiċjenti li jgħinuhom fil-ħidma tagħhom ta' kuljum. Dan filwaqt li fil-Port ta' Marsaxlokk qed jingħata servizz b'xejn għall-ħatt tat-tonn u ħut kbir, bl-użu ta' crawling crane li saret b'investiment permezz ta' fondi Ewropej," temmet tgħid is-Segretarju Parlamentari Bugeja Said.

Min-naħa tiegħu, l-Aġent Direttur Ġenerali tad-Dipartiment għas-Sajd u l-Akwakultura, Bjorn Azzopardi, spjega kif it-talba għal dan il-hoist ġiet mingħand is-sajjieda ta' din iż-żona u kien għalhekk li d-Dipartiment ħadem sabiex dan il-hoist jitlesta sal-istaġun tat-Tonn ta' din is-sena. Hu spjega li dan il-hoist se jgħin l-iktar lis-sajjieda b'bastimenti żgħar li ma jkollhomx crane installat fuq id-dgħajjes tagħhom u li allura se jiffaċilitalhom kif iħottu ħut ta' daqs kbir bħal tonn u pixxispad, minn fuq id-dgħajjes għal fuq l-art. 

Huwa kompla jispjega kif fiż-żona ta' San Pawl, il-Marfa u l-Mellieħa hemm madwar 150 sajjied reġistrat li jistgħu jagħmlu użu minn dan il-hoist. Huwa temm jgħid li dan l-investiment qed jikkumplimenta s-servizz simili ta' ħatt permezz ta' crawling crane kif ukoll numru ta' xogħlijiet oħra bħall-bini ta' winch rooms u installazzjoni ta' service pillars f'numru ta' portijiet tas-sajd oħrajn madwar Malta.

Ta' min isemmi li l-moll tal-Veċċja fl-2015 ġie mibni mill-ġdid sabiex jipproteġi l-bastimenti tas-sajd fiż-żona speċjalment meta jkun riħ mill-Grigal, b'investiment ta' aktar minn miljun ewro kofinanzjati mill-Fond għas-Sajd Ewropew.

Dawn l-inizjattivi jallinjaw mal-Malta Vision 2050, li tħares lejn żvilupp sostenibbli fis-settur tas-sajd, bl-għan li nassiguraw li l-komunitajiet tas-sajjieda jingħataw is-sapport meħtieġ biex ikomplu jaħdmu b'dinjità u b'għodda adegwata għall-futur.

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAS-SAJD, L-AKWAKULTURA U D-DRITTIJIET TAL-ANNIMALI Il-Gvern ikompli jisma’ u jwettaq it-talbiet tas-sajjieda: Hoist ġdid installat fil-Veċċja, San Pawl il-Baħar
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAS-SAJD, L-AKWAKULTURA U D-DRITTIJIET TAL-ANNIMALI Il-Gvern ikompli jisma’ u jwettaq it-talbiet tas-sajjieda: Hoist ġdid installat fil-Veċċja, San Pawl il-Baħar
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAS-SAJD, L-AKWAKULTURA U D-DRITTIJIET TAL-ANNIMALI Il-Gvern ikompli jisma’ u jwettaq it-talbiet tas-sajjieda: Hoist ġdid installat fil-Veċċja, San Pawl il-Baħar
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow