Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AMBJENT, L-ENERĠIJA U L-INDAFA PUBBLIKA Jiltaqgħu l-pajjiżi tal-Mediterran biex jindirizzaw it-tniġġis mill-operat tal-vapuri

pr250797
Date Icon 13/05/2025

Rappreżentanti tal-Gvern u esperti minn madwar il-Mediterran iltaqgħu f'Malta għas-16-il Laqgħa tal-Punti Fokali tar-REMPEC. REMPEC, iċ-Ċentru Reġjonali ta' Rispons ta' Emerġenza għat-Tniġġis tal-Baħar, jgħin lill-pajjiżi fil-prevenzjoni u r-rispons għat-tniġġis tal-baħar, speċjalment it-tniġġis ikkawżat mill-vapuri.

Fl-indirizz tagħha, il-Ministru għall-Ambjent u l-Enerġija Miriam Dalli qalet, “Il-Mediterran huwa prezzjuż għalina lkoll u jinsab taħt pressjoni kbira. Malta b'mod partikolari tbati jekk il-baħar tagħna jbati. F'din il-laqgħa ddiskutejna l-azzjonijiet li rridu nieħdu biex ingawdu arja aktar nadifa, ibħra aktar siguri, u kwalità ta' ħajja aħjar għal dawk kollha li jgħixu madwar dan il-baħar sabiħ iżda fraġli. Kburin li qed nilqgħu l-REMPEC u mmexxu bl-eżempju".

Il-ministru semmiet il-proġett tax-shore-to-ship minn Infrastructure Malta li jippermetti lill-vapuri biex iqabbdu mal-elettriku waqt li jkunu fil-port, minflok ma jużaw il-fjuwil u jniġġsu l-arja. Bit-tniġġis u r-riskji tal-klima li qed jiżdiedu, il-ministru saħqet li t-triq 'il quddiem hija ħidma konġunta. “L-ebda pajjiż ma jista' jipproteġi l-Mediterran waħdu. Jeħtieġ kooperazzjoni, tmexxija, u azzjoni".

Il-laqgħa għandha żewġ għanijiet ewlenin: li tirrevedi l-progress li sar mill-aħħar laqgħa fl-2023, u li jintlaħaq qbil dwar il-pjan ta' ħidma għall-futur tar-REMPEC għall-2026–2027. Dan il-pjan se jmur Ateni għall-approvazzjoni f'Settembru mbagħad jiġi adottat uffiċjalment f'summit ambjentali Mediterranju (COP 24) fl-Eġittu f'Diċembru li ġej.

Waħda mill-akbar suċċessi diskussi f'din il-laqgħa kienet il-Med SOx ECA; żona ġdida għall-Kontroll tal-Emissjonijiet fil-Mediterran li se tnaqqas drastikament l-emissjonijiet mill-vapuri li se tibda f'Mejju 2025. Għaddejjin ukoll diskussjonijiet biex jiġu indirizzati l-emissjonijiet tan-nixtrogen oxide, u tniġġis ieħor.

Ix-xogħol tar-REMPEC ikopri firxa wiesgħa ta' attivitajiet, inkluż taħriġ, assistenza ta' emerġenza, u qsim ta' informazzjoni bejn il-pajjiżi.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AMBJENT, L-ENERĠIJA U L-INDAFA PUBBLIKA Jiltaqgħu l-pajjiżi tal-Mediterran biex jindirizzaw it-tniġġis mill-operat tal-vapuri
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AMBJENT, L-ENERĠIJA U L-INDAFA PUBBLIKA Jiltaqgħu l-pajjiżi tal-Mediterran biex jindirizzaw it-tniġġis mill-operat tal-vapuri
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow