Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTIJIET U L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PROGRAMM ELETTORALI U S-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-GVERN LOKALI: Ġnien tal-Kmand fil-Qrendi jgħaddi f'idejn il-Kunsill Lokali tal-Qrendi

pr250784
Date Icon 12/05/2025


Spazju miftuħ ta' aktar minn 5,200 metru kwadru fiċ-ċentru tal-lokalità tal-Qrendi, magħruf bħala Ġnien tal-Kmand, issa se jkun taħt ir-responsabbiltà tal-Kunsill Lokali tal-Qrendi wara li ġie ffirmat ftehim ta' devoluzzjoni mill-Awtorità tal-Artijiet.

Il-ftehim ġie mħabbar waqt żjara fuq il-post mill-Ministru għall-Artijiet u l-Implimentazzjoni tal-Programm Elettorali, Stefan Zrinzo Azzopardi, u s-Segretarju Parlamentari għall-Gvern Lokali, Alison Zerafa Civelli, flimkien mas-Sindku tal-Qrendi, David Schembri.

Il-Ministru Stefan Zrinzo Azzopardi qal li din id-devoluzzjoni hija pass ieħor lejn użu aktar effiċjenti tal-proprjetà pubblika fl-interess tar-residenti. “Spazji bħal Ġnien tal-Kmand, li għandhom ukoll valur storiku, għandhom jintużaw b'mod attiv mill-komunità. Bħala Gvern, nibqgħu kommessi li ntejbu l-kwalità tal-ħajja tan-nies u nassiguraw li dawn l-ispazji jkunu mmaniġġjati bl-aħjar mod għall-benefiċċju tar-residenti."

Min-naħa tagħha, is-Segretarju Parlamentari Alison Zerafa Civelli nnotat b'sodisfazzjon dan il-ftehim bejn il-Kunsill Lokali tal-Qrendi u l-Awtorità tal-Artijiet sabiex Ġnien tal-Kmand jgħaddi għand il-Kunsill Lokali. Hija faħħret din l-inizjattiva ta' kollaborazzjoni, fejn il-Kunsill Lokali tal-Qrendi se jiġi fdat mill-Awtorità tal-Artijiet sabiex jirranġa u jsebbaħ dan il-ġnien biex b'hekk jingħata lura lill-komunità.

Is-Sindku tal-Qrendi David Schembri esprima l-apprezzament tiegħu għall-kollaborazzjoni mal-Gvern u qal li permezz ta' din id-devoluzzjoni, il-Kunsill Lokali issa jista' jwettaq ir-restawr u l-manutenzjoni meħtieġa biex dan il-ġnien ikun aktar aċċessibbli għall-pubbliku u jintuża għall-attivitajiet diversi.

Il-Ġnien tal-Kmand fil-Qrendi nbena fil-bidu fis-seklu 19 mill-Kummissarju Ċivili Sir Alexander Ball. Oriġinarjament, dan il-ġnien kien jintuża bħala ċentru ta' esperimentazzjoni agrikola, fejn ġew introdotti kultivazzjonijiet ġodda bħall-patata, li aktar tard saret prodott ewlieni assoċjat mal-Qrendi. Illum il-ġnien jinkludi varjetà ta' siġar tal-frott u taċ-ċitru, u llum jibqa' wieħed mill-ftit Ġonna tal-Kmand li għadhom jeżistu f'Malta.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTIJIET U L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PROGRAMM ELETTORALI U S-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-GVERN LOKALI: Ġnien tal-Kmand fil-Qrendi jgħaddi f'idejn il-Kunsill Lokali tal-Qrendi
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTIJIET U L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PROGRAMM ELETTORALI U S-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-GVERN LOKALI: Ġnien tal-Kmand fil-Qrendi jgħaddi f'idejn il-Kunsill Lokali tal-Qrendi
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow