Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela jżur l-attività organizzata minn Servizzi Ewropej f’Malta

PR250776
Date Icon 09/05/2025

Il-Prim Ministru Robert Abela dalgħodu żar l-attivitajiet organizzati fi Misraħ il-Ħelsien, il-Belt Valletta, fl-okkażjoni ta' Jum l-Ewropa 2025. Din l-attività annwali hija organizzata minn Servizzi Ewropej f'Malta (SEM) flimkien ma' Europe Direct Valletta, u tfakkar id-Dikjarazzjoni storika ta' Robert Schuman li saret fid-9 ta' Mejju 1950 dwar il-bażi tal-proġett Ewropew li llum il-ġurnata jinkludi 27 Stat Membru.

Il-Prim Ministru fisser l-irwol ta' Servizzi Ewropej f'Malta bħala wieħed importanti biex jappoġġja tant għaqdiet fosthom dawk volontarji biex jiġu megħjuna jaċċessaw il-fondi Ewropej. Innota kif l-akbar pakkett ta' fondi Ewropej qatt miksuba minn Malta jissarrfu f'ġid kbir biex is-soċjetà tgawdi minn dan l-investiment u għalhekk il-missjoni tas-SEM hi waħda kruċjali.

Il-Prim Ministru, akkumpanjat mill-Kap Eżekuttiv tas-SEM Rodrick Zerafa, iltaqa' ma' diversi entitajiet li jipprovdu informazzjoni u servizzi dwar opportunitajiet marbuta mal-Unjoni Ewropea fosthom dawk dwar fondi Ewropej, edukazzjoni, żgħażagħ, impjiegi, saħħa u drittijiet tal-konsumatur.

L-attività kienet tinkludi wkoll il-kontribut ta' ħafna studenti minn diversi skejjel. Studenti mill-Malta Visual and Performing Arts School tellgħu numri mużikali u koreografija, filwaqt li studenti minn skejjel sekondarji u postsekondarji li jipparteċipaw fil-programm EPAS (European Parliament Ambassador School) ħadu sehem fi kwiżż dwar l-Unjoni Ewropea.

Fi spazju apposta ttellgħet wirja tal-inizjattiva 'EU in My School' li fiha pparteċipaw sitt skejjel sekondarji minn Malta u Għawdex. Il-wirja kienet immirata biex tqajjem għarfien dwar l-investiment tal-fondi tal-UE f'Malta u inkludiet żjarat f'MICAS, f'riċerka fl-Università ta' Malta u fl-impjant tar-Reverse Osmosis f'Ħondoq ir-Rummien.

Il-Prim Ministru ppreżenta plakek kommemorattivi lir-rappreżentanti ta' dawn l-iskejjel: St Edward's College, St Francis Secondary, Malta Visual and Performing Arts School, Kulleġġ San Injazju Skola Sekondarja Tal-Ħandaq,  Kulleġġ Maria Regina Skola Sekondarja Lily of the Valley, u Kulleġġ ta' Għawdex Skola Sekondarja Ninu Cremona.

Waqt din l-attività l-istudenti flimkien mal-pubbliku setgħu jżuru l-entitajiet differenti preżenti bħal SEM, Europe Direct Valletta, FONDI.eu, EU Careers, EUPA, Euroguidance, Creative Europe u oħrajn.

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela jżur l-attività organizzata minn Servizzi Ewropej f’Malta
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela jżur l-attività organizzata minn Servizzi Ewropej f’Malta
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela jżur l-attività organizzata minn Servizzi Ewropej f’Malta
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow