Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU NAZZJONALI TAL-VERIFIKA Żjara uffiċjali tal-Eċċellenza Tagħha Myriam Spiteri Debono, President ta’ Malta, fl-Uffiċċju Nazzjonali tal-Verifika (NAO)

PR250771
Date Icon 09/05/2025

Il-President ta' Malta, l-Eċċellenza Tagħha Myriam Spiteri Debono, għamlet żjara uffiċjali fl-Uffiċċju Nazzjonali tal-Verifika (NAO). Id-delegazzjoni tal-President ġiet milqugħa mill-Awditur Ġenerali, is-Sur Charles Deguara, u mid-Deputat Awditur Ġenerali, is-Sur Noel Camilleri.

F'laqgħa mal-ogħla uffiċjali tal-NAO, l-Eċċellenza Tagħha ngħatat spjegazzjoni dettaljata tal-ħidma tal-Uffiċċju u tipi ta' awditi differenti li jsiru minn dan l-uffiċċju skont il-mandat kostituzzjonali tiegħu.

Fid-diskors li għamlet f'din l-okkażjoni, il-President ta' Malta qalet li l-Uffiċċju Nazzjonali tal-Verifika huwa parti mill-format demokratiku ta' pajjiżna u jikkontribwixxi għas-saltna tad-dritt.

Il-President aċċennat ukoll li l-iskrutinju li jsir minn dan l-Uffiċċju jsaħħaħ il-kontabilità u l-governanza, u għandu jsir b'mod oġġettiv, imparzjali u mingħajr ma jkun mittiefes minn influwenzi esterni.

L-Awditur Ġenerali, filwaqt li rringrazzja lill-Eċċellenza Tagħha għal din l-ewwel żjara tagħha f'dan l-Uffiċċju, stqarr li t-tmexxija u l-istaff kollu tal-NAO huma impenjati li jibqgħu jagħtu l-aqwa servizz possibbli biex tissaħħaħ dejjem aktar il-governanza tajba fis-settur pubbliku, fl-aqwa interess taċ-ċittadini kollha. L-Awditur Ġenerali enfasizza l-bżonn fundamentali li r-rapporti li jsiru minn dan l-Uffiċċju kostituzzjonali jibqgħu dejjem ikunu bbażati fuq il-valuri ewlenin ta' integrità, oġġettività u imparzjalità sħiħa. Is-Sur Deguara faħħar l-impenn sħiħ u kostanti tal-impjegati kollha ta' dan l-Uffiċċju għax huma dedikati, serji u professjonali, li jikkonstitwixxi l-aqwa riżorsa li għandu l-NAO.

L-Eċċellenza Tagħha, il-President ta' Malta, sabet ukoll il-ħin biex tindirizza l-membri kollha tal-istaff tal-NAO u turi l-apprezzament tagħha għall-ħidma tagħhom. Hawnhekk ittieħdet l-okkażjoni biex l-Eċċellenza Tagħha ppreżentat mementos lil dawk l-impjegati tal-NAO li waslu biex jirtiraw fil-futur qrib.

Fi tmiem iż-żjara, l-Awditur Ġenerali ppreżenta lill-President b'donazzjoni b'risq il-ħidma tal-Malta Community Chest Fund, miġbura mill-attivitajiet organizzati għall-impjegati, u donazzjonijiet tagħhom.

L-Eċċellenza Tagħha kienet akkumpanjata mis-Sinjura  Moira Attard, Segretarju tal-Presidenza, is-Sur Reuben Sciberras, Kap tas-Segretarjat; u l-Aide-de-Camp il-Maġġur Richard Vassallo.

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU NAZZJONALI TAL-VERIFIKA Żjara uffiċjali tal-Eċċellenza Tagħha Myriam Spiteri Debono, President ta’ Malta, fl-Uffiċċju Nazzjonali tal-Verifika (NAO)
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU NAZZJONALI TAL-VERIFIKA Żjara uffiċjali tal-Eċċellenza Tagħha Myriam Spiteri Debono, President ta’ Malta, fl-Uffiċċju Nazzjonali tal-Verifika (NAO)
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU NAZZJONALI TAL-VERIFIKA Żjara uffiċjali tal-Eċċellenza Tagħha Myriam Spiteri Debono, President ta’ Malta, fl-Uffiċċju Nazzjonali tal-Verifika (NAO)
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow