Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U D-DRITTIJIET TAL-ANNIMALI Minn skart għal wirt: Il-bidu mill-ġdid tal-produzzjoni tal-parċmina f’Malta

pr250733
Date Icon 04/05/2025

Il-Ministru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali Anton Refalo żar proġett fejn il-ġlud tal-annimali li kienu jintremew, issa qed jinħadmu f’parċmina bl-għan li jiġu użati fil-konservazzjoni ta’ manuskritti storiċi fl-Arkivji tar-Reġistri Notarili.

Dan il-proġett qed isir b’kollaborazzjoni bejn il-Biċċerija Pubblika u l-Fondazzjoni għall-Arkivji Notarili. Iż-żewġ entitajiet qed jitħarrġu biex jerġgħu jqajmu l-produzzjoni tal-parċmina f’Malta, ħidma artiġjanali li kienet prattikata f’Malta mijiet ta’ snin ilu, iżda li ntilfet maż-żmien.

Il-Ministru Refalo qal li “t-trasformazzjoni tal-ġlud, prodotti sekondarji li sal-lum jintremew, hija ħidma li turi l-impenn tagħna bħala Gvern kemm għas-sostenibbiltà kif ukoll għall-preservazzjoni kulturali.”

Il-proġett ser ikun qed jgħin biex jitnaqqas l-iskart, it-tniġġis u l-impatt tas-settur agrikolu fuq l-ambjent. Fl-istess ħin, ir-raħħala se jkunu jistgħu jiksbu iktar valur għall-produzzjoni tagħhom hekk kif se jkunu jistgħu jbigħu l-ġlud għall-ipproċessar f’parċmina.

Id-Direttur Ġenerali tal-Biċċerija Pubblika Stefan Cachia spjega li l-proġett ikompli jibni fuq ħidma tal-Biċċerija biex tkun iżjed sostenibbli fl-operat tagħha billi tnaqqas ir-rimi ta’ materjal li jista’ jkollu użu ieħor.

Il-President tal-Fondazzjoni għall-Arkivji Notarili Dr Joan Abela qalet li huwa ta’ sodisfazzjon naraw kif din il-kollaborazzjoni ssarrfet f’opportunità biex waqt li jkunu appoġġati prattiki sostenibbli fis-settur agrikolu, tingħata ħajja ġdida s-sengħa tradizzjonali.

Il-pubbliku inġenerali kellu wkoll l-opportunità li jsegwi mill-qrib il-mod kif tinħadem il-parċmina waqt it-tielet edizzjoni ta’ Festa Laħam li saret fil-Biċċerija Pubblika lbieraħ.

Festa Laħam, li għaliha attendew mijiet ta’ nies għandha wkoll l-għan li tiċċelebra l-kwalità tal-laħam lokali, fi sfond anke ta’ festa għall-familja kollha.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U D-DRITTIJIET TAL-ANNIMALI Minn skart għal wirt: Il-bidu mill-ġdid tal-produzzjoni tal-parċmina f’Malta
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U D-DRITTIJIET TAL-ANNIMALI Minn skart għal wirt: Il-bidu mill-ġdid tal-produzzjoni tal-parċmina f’Malta
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U D-DRITTIJIET TAL-ANNIMALI Minn skart għal wirt: Il-bidu mill-ġdid tal-produzzjoni tal-parċmina f’Malta
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U D-DRITTIJIET TAL-ANNIMALI Minn skart għal wirt: Il-bidu mill-ġdid tal-produzzjoni tal-parċmina f’Malta
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow