Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U T-TURIŻMU Riżultati mill-aqwa għall-professjonisti u studenti tal-ospitalità Maltin f’żewġ kompetizzjonijiet internazzjonali tal-ikel

pr250722
Date Icon 02/05/2025

Professjonisti u studenti fl-industrija tal-ospitalità – inklużi studenti koki mill-Istitut tat-Turiżmu Studji (ITS), kif ukoll koki u waiters minn lukandi u ristoranti lokali – kisbu riżultati eċċezzjonali f'żewġ avvenimenti internazzjonali, fejn rebħu premjijiet u midalji prestiġjużi.

Nhar il-Ġimgħa, id-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu Ian Borg iltaqa' mal-istudenti u l-ħaddiema li ħadu sehem f'dawn il-kompetizzjonijiet, biex jifirħilhom għall-kisbiet tagħhom.

Ftit ġimgħat ilu, f'Brač, il-Kroazja, parteċipanti minn Malta ħadu sehem fil-festival internazzjonali kulinarju “Pearl of the Sea", u ġabu lura magħhom tmien midalji tad-deheb u waħda tal-fidda. L-istudenta tal-ITS Nadege Cassar, immexxija mil-lettur James Attard, impressjonat bid-dekorazzjoni tagħha magħmula miċ-ċikkulata, li biha rebħet midalja tad-Deheb fil-kategorija Work in Chocolate. Brandon Kriel u Ian Deguara (Hyatt Regency), Govind Sing u Andre Grima (The ODYCY), kif ukoll Sangita Awal u Eric Magro (Corinthia San Gorg), rebħu deheb fil-kategorija Cook and Serve. Natasa Petrone (Paradise Bay Hotel) u Joanna Attard (Phoenicia Hotel) rebħu deheb u fidda rispettivament fil-kompetizzjoni Floral Sugarcraft.

Il-parteċipazzjoni ta' Malta f'dan il-festival prestiġjuż saret bl-appoġġ tal-Malta Hotels and Restaurants Association (MHRA) u Mediterranean Tourism Foundation (MTF).

Studenta oħra mill-ITS, Nicole Grech, kisbet l-ewwel post fil-kompetizzjoni Pastry, waqt il-Bartolomeo Scappi International Contest, f'Bologna, l-Italja. L-istudenti Ruth Attard u Jethro Calleja wkoll ħadu sehem fil-kategoriji Tourist Accommodation u Bartending. L-istudenti pparteċipaw taħt il-gwida tal-letturi Emie Briffa, Jimmy Aquilina, Lorraine Farrugia Muscia u Petra de Carlo.

Id-Deputat Prim Ministru Ian Borg faħħar il-parteċipanti għar-riżultati tassew sbieħ tagħhom u ħeġġiġhom biex ikomplu jistinkaw għall-eċċellenza. “Dawn ir-riżultati, filwaqt li jagħtukom opportunità tibbrillaw u tirfinaw il-ħiliet tagħkom, qed jgħinu wkoll biex inpoġġu lill-gżejjer Maltin fuq il-mappa tat-turiżmu gastronomiku fil-Mediterran. Aktar ma jmur, it-turiżmu gastronomiku qed isir niċċa dejjem aktar importanti għall-industrija tat-turiżmu tagħna. Il-Gvern impenjat li jkompli jinvesti fil-ħarsien u l-iżvilupp tal-gastronomija Maltija bħala parti mill-istrateġija tagħna li nattiraw vjaġġaturi li jfittxu esperjenzi awtentiċi u ta' kwalità f'gżejjer Mediterranji bħal tagħna."

Fil-laqgħa tal-Ġimgħa, Dr Borg iltaqa' wkoll ma' sidien u maniġers ta' lukandi u ristoranti lokali li riċentement żaru Le Cognac Forbes Travel Guide Academy, fi Franza, għal sessjoni ta' taħriġ speċjalizzat dwar it-tmexxija u l-istrateġija, bħala parti mill-Programm STAR JOURNEY, inizjattiva tal-MHRA, l-MTF u l-Awtorità għat-Turiżmu ta' Malta (MTA), appoġġjata minn Forbes Travel Guide. STAR – Sustainability, Training, Accommodation, and Restaurants – tnediet sabiex issaħħaħ il-profil ta' Malta bħala destinazzjoni turistika sħiħa u ta' kwalità għolja, billi tgħolli l-istandards tas-servizz fis-settur kollu tal-ospitalità.

Il-President tal-MHRA Tony Zahra, l-Uffiċjal Kap Eżekuttiv Andrew Agius Muscat, u rappreżentanti tal-ITS, l-MTA u l-MTF ukoll ħadu sehem fil-laqgħa.

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U T-TURIŻMU Riżultati mill-aqwa għall-professjonisti u studenti tal-ospitalità Maltin f’żewġ kompetizzjonijiet internazzjonali tal-ikel
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U T-TURIŻMU Riżultati mill-aqwa għall-professjonisti u studenti tal-ospitalità Maltin f’żewġ kompetizzjonijiet internazzjonali tal-ikel
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U T-TURIŻMU Riżultati mill-aqwa għall-professjonisti u studenti tal-ospitalità Maltin f’żewġ kompetizzjonijiet internazzjonali tal-ikel
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow