Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U T-TURIŻMU Kollox lest għall-finali spettakolari tal-Festival Internazzjonali tan-Nar ta’ Malta l-Erbgħa filgħaxija

pr250707
Date Icon 29/04/2025

Sbatax-il għaqda tan-nar lokali u kumpanija internazzjonali tan-nar qed iħejju għall-aħħar serata tal-Festival Internazzjonali tan-Nar ta' Malta, l-Erbgħa 30 t'April, li mistennija ddawwal il-Port il-Kbir b'logħob tan-nar mill-isbaħ, fosthom anke b'sekwenza piroteknika b'aktar minn 500 drone.

It-Tlieta filgħodu, id-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu Ian Borg u l-Uffiċjal Kap Eżekuttiv tal-Awtorità għat-Turiżmu ta' Malta Carlo Micallef tkellmu m'uħud mit-timijiet waqt it-tħejjijiet għas-serata finali. Imtella' mill-Awtorità għat-Turiżmu ta' Malta (MTA), il-festival huwa ċelebrazzjoni tal-wirt pirotekniku tal-Gżejjer Maltin, li jgħaqqad it-tradizzjoni, il-kreattività u d-divertiment.

Il-wirja tal-Erbgħa filgħaxija, li se tfakkar ukoll il-21 anniversarju mid-dħul ta' Malta fl-Unjoni Ewropea, se jgħaxxaq lill-ispettaturi b'logħob tan-nar minn 18 mill-85 għaqdiet u kumpaniji tan-nar li ħadu sehem fil-festival din is-sena, fosthom ir-rebbieħa tas-sena l-oħra, Għaqda tan-Nar Kerċem. Il-kumpanija internazzjonali PyroEmotions se tagħlaq il-Festival b'wirja innovattiva tal-logħob tan-nar bit-teknoloġija tad-drones, li bħala qatt qabel ma ttellgħet fil-Gżejjer Maltin.

Ir-rebbieħa tal-Festival Internazzjonali tan-Nar 2025, se jitħabbru l-Erbgħa filgħaxija, fejn se jiġu ppremjati l-aqwa ħarqiet fost dawk li ttellgħu fl-istadji kompetittivi tal-festival, li saru fit-22 u l-25 t'April, fil-Port il-Kbir. Serata oħra tal-festival ittellgħet fis-27 t'April, fin-Nadur, Għawdex.

Attrazzjoni ġdida f'dan il-festival din is-sena kienet is-sehem tal-baned lokali. Waqt is-serata finali, il-banda tas-Soċjetà Mużikali tal-Karmnu Balluta A.D. 1987 ser tkun qed toffri divertiment lill-udjenza fil-Port il-Kbir.

Id-Deputat Prim Ministru Ian Borg wera l-apprezzament tiegħu lejn l-Awtorità għat-Turiżmu ta' Malta, l-Għaqda Piroteknika Maltija u l-parteċipanti kollha għall-impenn tagħhom lejn dan l-avveniment, li ġibed eluf ta' spettaturi, kemm lokali kif ukoll turisti. L-ewwel tliet serati, li xxandru dirett fuq il-mezzi soċjali Visit Malta, segwewhom aktar minn 80,000 persuna.

“L-Awtorità għat-Turiżmu ta' Malta tappoġġja dan il-festival annwali bħala wieħed mill-attivitajiet ewlenin li t-turisti jistgħu igawdu fil-Gżejjer Maltin, filwaqt li jħeġġeġ l-iżvilupp tat-tradizzjonijiet tant maħbuba tal-logħob tan-nar. Ser inkomplu ninvestu biex inħarsu u nseddqu l-wirt artistiku, storiku u kulturali tagħna, bħala elementi ewlenin li jiddefinixxu l-esperjenza unika tal-gżejjer Maltin għal dawk li jżuruna," qal Dr Borg.

Għal aktar tagħrif dwar il-Festival Internazzjonali tan-Nar ta' Malta, żur maltafireworksfestival.com jew segwi l-mezzi soċjali tal-Festival fuq Facebook u Instagram.

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U T-TURIŻMU Kollox lest għall-finali spettakolari tal-Festival Internazzjonali tan-Nar ta’ Malta l-Erbgħa filgħaxija
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U T-TURIŻMU Kollox lest għall-finali spettakolari tal-Festival Internazzjonali tan-Nar ta’ Malta l-Erbgħa filgħaxija
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U T-TURIŻMU Kollox lest għall-finali spettakolari tal-Festival Internazzjonali tan-Nar ta’ Malta l-Erbgħa filgħaxija
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U T-TURIŻMU Kollox lest għall-finali spettakolari tal-Festival Internazzjonali tan-Nar ta’ Malta l-Erbgħa filgħaxija
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow