Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U D-DRITTIJIET TAL-ANNIMALI Imħabbra inizjattiva li se toffri aktar appoġġ dirett lill-bdiewa, lir-raħħala u lill-produtturi tas-settur agrikolu

PR250696
Date Icon 28/04/2025

Il-Ministru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali Anton Refalo nieda pjattaforma diġitali ġdida għall-bejgħ ta' ħxejjex, frott u prodotti agrikoli oħra barra mill-Pitkalija. Din l-inizjattiva se tiffaċilita l-bejgħ dirett mill-produtturi agrikoli, se ttejjeb it-trasparenza, u tipprovdi rata ta' taxxa vantaġġuża ħafna.

Din l-inizjattiva hija parti mill-pjan tal-Gvern u parti mill-Politika Nazzjonali tal-Agrikoltura, u anke tallinja mal-għanijiet tal-Malta Vision 2050. Din il-pjattaforma diġitali se twassal biex tqarreb aktar il-produtturi agrikoli u l-konsumaturi, dan filwaqt li se tippromwovi l-produzzjoni tal-ikel lokali u tnaqqas l-impatt ambjentali.

Il-Ministru Refalo spjega li permezz tal-pjattaforma, se jinħolqu opportunitajiet ġodda għall-bdiewa, raħħala u produtturi agrikoli, fost oħrajn, b'mod speċjali għall-bejgħ dirett lir-ristoranti, ħwienet tal-merċa, skejjel, fost oħrajn, f'ambjent organizzat u trasparenti.

Il-ġbir ta' data dwar il-piż u l-volum tal-prodotti agrikoli mibjugħa se jgħin lill-Malta Food Agency kif ukoll lill-produtturi agrikoli nfushom jifhmu aħjar ix-xejriet tas-suq u l-preferenzi tal-konsumaturi. Din id-data se tkun essenzjali għall-ippjanar strateġiku, biex jittieħdu deċiżjonijiet informati u biex titjieb l-effiċjenza fis-settur.

Il-ministru ħabbar li l-produtturi agrikoli se jkunu jistgħu jibbenefikaw minn rata ta' taxxa ta' 3% fuq bejgħ rekordjat, bħalma japplika llum għall-bejgħ mill-Pitkalija. Barra minn hekk, il-pjattaforma se tagħmilha aktar faċli għall-konformità fiskali.

“Din il-pjattaforma mhux biss tagħti għodda moderna f'idejn il-produtturi agrikoli tagħna, iżda se tgħin ukoll biex insaħħu s-suq biex ikun aktar trasparenti, ikun hemm organizzazzjoni aħjar, u jwassal biex ikollna settur agrikolu aktar b'saħħtu għall-ġid tas-soċjetà kollha," temm jgħid il-Ministru Refalo.

Min-naħa tiegħu, il-Kap Eżekuttiv tal-Malta Food Agency, Brian Vella, żied jgħid, “Bil-pjattaforma diġitali l-Malta Food Agency qiegħda tpoġġi lill-produtturi fiċ-ċentru tal-ekonomija agrikola tagħna, tagħtihom għodod u rati ta' taxxa aktar favorevoli u vuċi aktar b'saħħitha biex ikomplu jsostnu l-art u l-komunitajiet tagħna".

Bil-ġbir ta' informazzjoni affidabbli, il-ministeru se jkun f'pożizzjoni aħjar biex jifhem ir-realtajiet tal-qasam agrikolu u jippjana b'mod iktar effiċjenti l-appoġġ għas-settur.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U D-DRITTIJIET TAL-ANNIMALI Imħabbra inizjattiva li se toffri aktar appoġġ dirett lill-bdiewa, lir-raħħala u lill-produtturi tas-settur agrikolu
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U D-DRITTIJIET TAL-ANNIMALI Imħabbra inizjattiva li se toffri aktar appoġġ dirett lill-bdiewa, lir-raħħala u lill-produtturi tas-settur agrikolu
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow