Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-WIRT NAZZJONALI, L-ARTI U L-GVERN LOKALI Jingħata bidu għall-Valletta Green Festival 2025

PR250687
Date Icon 25/04/2025

Tnieda uffiċjalment il-Valletta Green Festival għal din is-sena, fejn Pjazza San Ġorġ ġiet mibdula fi ġnien impressjonanti b'żewġ funtani tal-ilma, siġar kbar, mijiet ta' arbuxelli, u eluf ta' fjuri kkuluriti.

Il-Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali Owen Bonnici qal, “Il-Valletta Green Festival huwa eżempju ċar ta' kif l-arti, in-natura u l-komunità jistgħu jingħaqdu biex joħolqu spazji vibranti u ispirazzjonali fil-qalba tal-belt. Dan il-festival mhux biss iġib atmosfera mill-isbaħ fi Pjazza San Ġorġ iżda jkompli jkabbar il-kuxjenza ambjentali fost il-familji u ż-żgħażagħ. Għalhekk, bħala Ministeru, aħna kburin li nappoġġjaw inizjattivi bħal dawn li jqajmu sens ta' responsabbiltà kollettiva favur l-ambjent tagħna."

Min-naħa tiegħu, Jason Micallef, Chairperson tal-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta, qal “Il-Valletta Green Festival ikompli jenfasizza r-rwol tal-kultura fit-tiswir ta' futur aktar sostenibbli. Huwa mod prattiku u impenjattiv biex in-nies jinġabru flimkien u jiffokaw fuq dak li verament jgħodd—l-ambjent tagħna u r-riġenerazzjoni ekonomika, soċjali u kulturali tagħna."

Tul Triq it-Teatru l-Antik, Eco Market ta' kuljum se jkun fih prodotti sostenibbli u magħmulin lokalment. Face painting u workshops għat-tfal bla ħlas—inkluż arti fuq iċ-ċagħaq u artiġjanat upcycled—se jsiru fis-27 ta' April, l-1 ta' Mejju, it-3 ta' Mejju, u l-4 ta' Mejju, bejn il-11am u s-2pm.

Fi Pjazza Tritoni, il-viżitaturi jistgħu jipparteċipaw f'attivitajiet ta' għarfien ambjentali mmexxija mill-Wasteserv u l-MEEC Mobile Unit.

Id-divertiment se jkun mifrux madwar il-Belt, b'karattri bħal Timon & Pumba u Donald & Daisy jduru madwar il-Belt fil-25 u s-27 ta' April mill-10am sa 12pm. Tikka Banda se jdoqqu fit-30 ta' April u l-1 ta' Mejju bejn il-11am u s-1pm, filwaqt li l-grupp tal-perkussjoni Trakadum se jagħti spettaklu madwar il-Belt Valletta fit-3 ta' Mejju mill-11am san-12:30pm.

Il-Valletta Green Festival se jkun miftuħ kuljum sal-4 ta' Mejju. Il-festival jippromwovi l-għarfien ambjentali permezz ta' serje ta' stands edukattivi, workshops interattivi, u divertiment fil-Belt kollha. Il-programm ta' din is-sena jinkludi parteċipazzjoni mill-ERA, Project Green, Ambjent Malta, Circular Economy Malta, Wasteserv, MEEC u Eco Market Malta.

Għal aktar dettalji, żur il-websajt tal-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta vca.gov.mt u l-paġna ta' Facebook https://www.facebook.com/vallettaculturalagency.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-WIRT NAZZJONALI, L-ARTI U L-GVERN LOKALI Jingħata bidu għall-Valletta Green Festival 2025
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-WIRT NAZZJONALI, L-ARTI U L-GVERN LOKALI Jingħata bidu għall-Valletta Green Festival 2025
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-WIRT NAZZJONALI, L-ARTI U L-GVERN LOKALI Jingħata bidu għall-Valletta Green Festival 2025
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-WIRT NAZZJONALI, L-ARTI U L-GVERN LOKALI Jingħata bidu għall-Valletta Green Festival 2025
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow