Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI, L-ISPORT, IŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI Titjib sinifikanti għall-ħaddiema ta’ SportMalta bi ftehim kollettiv ġdid

pr250680
Date Icon 24/04/2025

Il-ħaddiema ta' SportMalta se jgawdu minn pakkett finanzjarju mtejjeb wara li llum kien iffirmat ftehim kollettiv ġdid għalihom li se jtejjeb il-kundizzjonijiet tax-xogħol għall-impjegati kollha. Il-ftehim kien iffirmat bejn SportMalta u l-Union Ħaddiema Magħqudin (UĦM), u ppresedut mill-Ministru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni, Clifton Grima.

“Dan huwa l-aqwa ftehim kollettiv li qatt innegozjat SportMalta, li jistabbilixxi standard ġdid għall-benefiċċji tal-impjegati. Ftehim li huwa riżultat ta' diskussjonijiet kordjali ferm bejn SportMalta u l-UĦM. Dan il-ftehim jirrifletti l-istrateġija usa' tal-gvern biex inrawmu l-isport mhux biss bħala kompetizzjoni, iżda bħala pilastru ta' saħħa nazzjonali, ta' edukazzjoni u ta' integrazzjoni soċjali", qal il-Ministru Grima.

Il-ftehim jaħseb għal żieda sostanzjali fil-pakkett finanzjarju għall-impjegati kollha ta' SportMalta u titjib fil-kundizzjonijiet tax-xogħol u juri l-impenn tal-gvern u ta' SportMalta biex jappoġġjaw lill-persuni li jgħinu fl-iżvilupp tal-isport u l-attività fiżika f'Malta. Huwa wkoll turija ta' apprezzament lill-impjegati, mhux biss bħala ħaddiema, imma bħala msieħba ewlenin biex jintlaħqu l-għanijiet fit-tul għal dan is-settur.

Il-President tal-UĦM, Josef Vella qal li, “Illum huwa jum ta' ċelebrazzjoni għall-ħaddiema ta' SportMalta. Dan huwa ftehim ieħor li se jkun qiegħed itejjeb il-kundizzjonijiet tal-ħaddiema u jtejjeb il-kundizzjonijiet finanzjarji. Nawgura li dan il-ftehim isarraf f'ħidma sfiqa biex is-settur sportiv f'pajjiżna jkompli jissaħħaħ".

Il-Ministru Clifton Grima rringrazzja lil dawk kollha li kienu involuti fin-negozjati, lir-rappreżentanti tal-unjin, u lill-amministrazzjoni ta' SportMalta għall-professjonalità u d-dedikazzjoni li wrew matul dan il-proċess kollu.

Il-Kap Eżekuttiv ta' SportMalta, Mark Cutajar qal li, “Dan il-ftehim kollettiv huwa wieħed importanti għall-ħaddiema ta' SportMalta għax ifassal l-inċentivi tagħhom għal erba' snin li ġejjin. L-iktar ħaġa importanti li ħarġet minn dan il-ftehim kollettiv, huwa l-importanza tal-ħaddiema ta' SportMalta għal dan il-gvern. Għalhekk għal dawn l-erba' snin li ġejjin dawn il-ħaddiema se jkunu qed igawdu mill-aqwa kundizzjonijiet li qatt kellhom."

Il-Ministru Grima spjega li l-ministeru qiegħed jaħdem biex ikompli jintegra l-isport aktar fil-fond fis-sistema edukattiva, biex iħajjar stil ta' ħajja attiva u b'saħħitha minn età bikrija, u biex joħloq karrieri fis-settur sportiv li jkunu rispettati u vijabbli.

“Il-ftehim li qed niffirmaw illum huwa pass importanti 'l quddiem. Imma rridu nħarsu wkoll 'il quddiem għaliex kif irnexxielna nilħqu dan l-għan flimkien, nistgħu wkoll inkomplu naħdmu b'rieda tajba biex nilħqu il-miri u l-pjanijiet li għandna quddiemna għal dan is-settur. Qed inkomplu ninvestu fl-aqwa riżors li għandu pajjiżna – ir-riżors uman u huwa għalhekk li qed inkomplu ninvestu b'mod dirett fil-ħaddiema mhux biss tas-settur edukattiv imma wkoll tas-settur sportiv," temm jgħid il-Ministru Grima.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI, L-ISPORT, IŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI Titjib sinifikanti għall-ħaddiema ta’ SportMalta bi ftehim kollettiv ġdid
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI, L-ISPORT, IŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI Titjib sinifikanti għall-ħaddiema ta’ SportMalta bi ftehim kollettiv ġdid
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow