STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT
PR250671
23/04/2025
L-Uffiċċju tal-President ta’ Malta jinforma li l-President Myriam Spiteri Debono se tattendi għall-funeral tal-Qdusija Tiegħu l-Papa Franġisku, li se jsir nhar is-Sibt li ġej.
Fuq stedina tal-Istat tal-Vatikan għal delegazzjoni Maltija ta’ ħames persuni waqt iċ-ċerimonja uffiċjali, id-delegazzjoni, immexxija mill-President ta’ Malta Myriam Spiteri Debono ser tinkludi wkoll lil żewġha Dr Anthony Spiteri Debono, il-Prim Ministru Dr Robert Abela u martu Dr Lydia Abela, kif ukoll il-Kap tal-Oppożizzjoni, Dr Bernard Grech.
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN