Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AMBJENT, L-ENERĠIJA U L-INDAFA PUBBLIKA Aktar minn 1,500 persuna jattendu għall-attivitajiet fi spazji miftuħa fi żmien l-Għid

pr250670
Date Icon 23/04/2025

Bosta familji ħadu sehem f’attivitajiet varji organizzati minn diversi entitajiet fi ħdan il-Ministeru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Indafa Pubblika, bl-għan li jippromwovu l-użu ta’ spazji miftuħa u jkabbru l-għarfien dwar l-ambjent fost il-pubbliku, fi żmien il-vaganzi tal-Għid. B’kollox kien hemm attendenza ta’ aktar minn 1,500 għal dawn l-attivitajiet. 

“Huwa ta’ kuraġġ li tara tant familji, ġenituri u tfal iqattgħu ħin fin-natura. Qed naraw il-frott tal-ispazji miftuħa li qed noħolqu kif ukoll ix-xogħol li qed iwettqu l-entitajiet kollha,” qalet il-Ministru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Indafa Pubblika Miriam Dalli.

Wieħed mill-avvenimenti ewlenin kien Wirt in-Natura: Edizzjoni tar-Rebbiegħa, organizzata minn Project Green fil-ġonna tal-Buskett, liema attività attirat mijiet ta’ parteċipanti. Din l-attività offriet l-opportunità lill-familji biex igawdu spazji ħodor b’attivitajiet edukattivi u ta’ divertiment, fosthom il-famuża Egg Hunt, spettakli tal-Pulizija (K9 Unit), kif ukoll mużika u folklor minn Tikka Banda u Ta’ Varna Folk Group. B’kollaborazzjoni ma’ diversi entitajiet bħall-Awtorità tal-Ambjent u r-Riżorsi (ERA), Circular Economy Malta, Ambjent Malta, Saving Our Blue, u l-Aġenzija tal-Enerġija u l-Ilma (EWA), l-attività kienet mimlija b’inizjattivi li jqajmu kuxjenza dwar sostenibbiltà u tibdil fil-klima.

Min-naħa tagħha, Ambjent Malta organizzat Easter Adventure Challenge fil-Buskett, fejn il-parteċipanti ħadu sehem f’numru ta’ logħob u kompetizzjonijiet kreattivi u edukattivi, kollha b’tema ambjentali u kulturali. Hawn ipparteċipat ukoll il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma bil-water buggy bl-ilma tal-vit għall-viżitaturi kollha. Ambjent Malta organizzat ukoll mixja edukattiva fuq il-gżira ta’ Kemmuna, organizzata mit-tim xjentifiku u n-Nature Stewards ta’ Ambjent Malta. Matul din l-attività, il-parteċipanti ġew infurmati dwar l-inizjattivi ta’ konservazzjoni u restawr tal-bijodiversità u l-ambjenti naturali tal-gżira, inkluż l-importanza ekoloġika tal-kosta u l-ambjent marittimu, peress li Kemmuna hija wkoll ikklassifikata bħala Żona Marittima Protetta (MPA).

F’Chadwick Lakes, l-Aġenzija għall-Enerġija u l-Ilma tellgħet Easter Egg Hunt li ġabret flimkien mijiet ta’ persuni għal mixjiet fin-natura u logħob edukattiv, b’għajnuna ta’ shuttle service bla ħlas biex il-pubbliku seta’ jattendi faċilment. Din l-attività kompliet tqajjem kuxjenza dwar l-importanza tar-restawr ekoloġiku tal-wied.

WasteServ organizzat workshop interattiv għat-tfal, Eco Magic, ġewwa l-ECOHIVE Academy f’Marsaskala. Dan il-workshop għaqqad tagħlim dwar kif inaqqsu l-iskart ma’ tricks tal-maġija, b’messaġġ edukattiv u divertenti.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AMBJENT, L-ENERĠIJA U L-INDAFA PUBBLIKA Aktar minn 1,500 persuna jattendu għall-attivitajiet fi spazji miftuħa fi żmien l-Għid
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AMBJENT, L-ENERĠIJA U L-INDAFA PUBBLIKA Aktar minn 1,500 persuna jattendu għall-attivitajiet fi spazji miftuħa fi żmien l-Għid
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AMBJENT, L-ENERĠIJA U L-INDAFA PUBBLIKA Aktar minn 1,500 persuna jattendu għall-attivitajiet fi spazji miftuħa fi żmien l-Għid
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AMBJENT, L-ENERĠIJA U L-INDAFA PUBBLIKA Aktar minn 1,500 persuna jattendu għall-attivitajiet fi spazji miftuħa fi żmien l-Għid
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow