Left arrow Go Back

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-ANZJANITÀ ATTIVA Estiż fil-komunità s-servizz ta’ screening tal-oftalmoloġija għall-anzjani

pr250660
Date Icon 22/04/2025

Wara s-suċċess miksub fid-djar residenzjali għall-anzjani, fejn saru total ta' 800 sessjoni ta' screening tal-oftalmoloġija lill-anzjani residenti, dan is-servizz issa qed jiġi estiż fiċ-Ċentri Komunitarji tal-Anzjanità Attiva madwar Malta u Għawdex. Din l-inizjattiva hija pass importanti biex aktar anzjani fil-komunità jkollhom aċċess għal kura preventiva u professjonali relatata mas-saħħa tal-għajnejn.

L-ewwel ċentru li beda joffri dan is-servizz huwa ċ-Ċentru tal-Anzjanità Attiva tas-Siġġiewi, fejn bħalissa madwar 55 membru qed jipparteċipaw f'dawn it-testijiet. Dawn jinkludu kontroll tal-pressjoni tal-għajnejn, eżami tal-vista, kif ukoll ritratt mhux invażiv tar-retina, testijiet sempliċi iżda kruċjali biex jiġu identifikati b'mod bikri kundizzjonijiet bħall-glawkoma u tibdil fir-retina.

Fid-diskors tiegħu waqt żjara fiċ-Ċentru tal-Anzjanità Attiva tas-Siġġiewi, is-Segretarju Parlamentari għall-Anzjanità Attiva, Malcolm Paul Agius Galea, qal, “Wara r-riżultati pożittivi li ksibna fid-djar tal-anzjani, illum qegħdin inwasslu dan is-servizz fil-komunità – propju fejn jgħixu l-maġġoranza tal-anzjani. Dan mhux biss qed iwassal servizz mediku essenzjali eqreb lejn l-individwu, iżda wkoll jgħin biex nipprevjenu telf ta' vista li jista' jkun permanenti. Dan kollu b'mod preventiv, f'ambjent familjari u komdu."

L-appoġġ tal-infermiera speċjalizzati fl-oftalmoloġija u tobba, qed tiżgura li s-servizz jingħata b'attenzjoni massima lejn il-benesseri tal-anzjani, filwaqt li jiġi evitat l-iskariġġ u l-inkonvenjent tat-trasport. Intant, l-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità se tkompli testendi dan is-servizz fiċ-ċentri l-oħra madwar Malta u Għawdex, bħala parti mill-viżjoni li l-anzjanità tibqa' attiva, b'saħħitha u sostenibbli fil-komunità.

Għal aktar informazzjoni, kemm dwar dan is-servizz kif ukoll fuq servizzi oħra li toffri l-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità, wieħed jista' jagħmel kuntatt maċ-Ċentru Servizz Anzjan fuq 22788900.

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-ANZJANITÀ ATTIVA Estiż fil-komunità s-servizz ta’ screening tal-oftalmoloġija għall-anzjani
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-ANZJANITÀ ATTIVA Estiż fil-komunità s-servizz ta’ screening tal-oftalmoloġija għall-anzjani
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-ANZJANITÀ ATTIVA Estiż fil-komunità s-servizz ta’ screening tal-oftalmoloġija għall-anzjani
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow