Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U T-TURIŻMU: Id-Deputat Prim Ministru Ian Borg jiltaqa’ mad-Deputat Prim Ministru tal-Emirati Għarab Magħquda Sheikh Abdullah bin Zayed Al Nahyan

PR250646
Date Icon 18/04/2025

L-ewwel sessjoni tal-Kummissjoni Konġunta bejn Malta u l-Emirati Għarab Magħquda se ssir il-ġimgħa d-dieħla

Id-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu, Ian Borg, iltaqa’ mad-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin tal-Emirati Għarab Magħquda, Sheikh Abdullah bin Zayed Al Nahyan, f’Abu Dhabi, qabel il-laqgħa inawgurali tal-Kummissjoni Konġunta bejn Malta u l-Emirati Għarab Magħquda, il-ġimgħa d-dieħla. 

Iż-żewġ Deputat Prim Ministri ddiskutew l-importanza ta’ din il-Kummissjoni sabiex tmexxi ’l quddiem kollaborazzjonijiet ġodda f’oqsma fejn iż-żewġ pajjiżi diġà wettqu ħafna xogħol għal relazzjonijiet mill-qrib fl-aħħar snin, fosthom fis-saħħa, ir-riċerka u l-innovazzjoni, l-intelliġenza artifiċjali, l-azzjoni klimatika, l-industrija marittima, it-turiżmu u anke l-kultura

L-ewwel sessjoni tal-Kummissjoni Konġunta se titmexxa mid-Deputat Prim Ministru Borg u mill-Ministru tal-Istat għall-Koperazzjoni Internazzjonali tal-Emirati Għarab Magħquda Reem Al Hashimy, hekk kif diplomatiċi miż-żewġ pajjiżi se jkollhom taħditiet tekniċi dwar kollaborazzjonijiet ġodda għas-snin li ġejjin. 

Id-Deputat Prim Ministru Borg u d-Deputat Prim Ministru Abdullah bin Zayed iddiskutew ukoll ir-relazzjonijiet bejn l-UE u l-pajjiżi tal-Golf, kif ukoll l-iżviluppi kontinwi fil-Lvant Nofsani, l-Afrika ta’  fuq u l-Afrika sub-Saħarjana.

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U T-TURIŻMU: Id-Deputat Prim Ministru Ian Borg jiltaqa’ mad-Deputat Prim Ministru tal-Emirati Għarab Magħquda Sheikh Abdullah bin Zayed Al Nahyan
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U T-TURIŻMU: Id-Deputat Prim Ministru Ian Borg jiltaqa’ mad-Deputat Prim Ministru tal-Emirati Għarab Magħquda Sheikh Abdullah bin Zayed Al Nahyan
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow