Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U D-DRITTIJIET TAT-TFAL Għajnuna lil irġiel vulnerabbli

pr250641
Date Icon 17/04/2025

Il-Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal issiġilla ftehim soċjali ieħor, din id-darba ma' Dar Leopoldo. Residenza mmexxija mill-Fondazzjoni Suret il-Bniedem, u li hija xelter għall-irġiel bla saqaf fuq rashom, fl-etajiet ta' bejn is-16-il sena sa 65 sena.

B'kollox hemm 18-il sodda li huma lkoll f'bażi ta' 'semi-independent  living quarters'. Din id-dar mhux biss sservi  ta' xelter 24 siegħa kuljum,  iżda minnha jingħata ukoll sapport psikosoċjali, mentoraġġ u anke taħriġ li jħeġġeġ lil dawn il-persuni jerġgħu jgħixu ħajja indipendenti. L-għan huwa li jitjieb l-iżvilupp personali u soċjali ta' dawn l-individwi.

L-iffirmar ta' dan il-ftehim sar fil-preżenza tal-Ministru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal Michael Falzon flimkien mat-tmexxija ta' Dar Leopoldo.

“B'kollox qed nallokaw mal-miljun ewro mifruxa fuq 3 snin, b'dan il-ftehim ser ikun qed jinvesti bid-doppju ta' dak preċedenti li sar tlett snin ilu. Dan huwa Gvern li ma jħalli lil ħadd jaqa' lura għaliex verament nemmnu f'inklussività u soċjetà ġusta li temmen fil-potenzjal ta' kulħadd," stqarr il-Ministru Michael Falzon.

Min-naħa tagħha ċ-Chairperson tal-Fondazzjoni Suret il-Bniedem Marique Sciberras saħqet li dawn il-persuni jitolbu għall-kenn wara li jkunu għaddew minn ċirkustanzi kumplessi, u ħafna drabi ikun hemm rabta ukoll ma' sfidi mentali.

“Nemmnu li dawn il-persuni m'għandhomx bżonn biss kenn, iżda pakkett psiko-soċjali fit-tul, bl-għajnuna ta' professjonisti sabiex eventwalment kull persuna terġa' tibni ħajjitha u tintegra lura fis-soċjetà," temmet tgħid Marique Sciberras.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U D-DRITTIJIET TAT-TFAL Għajnuna lil irġiel vulnerabbli
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U D-DRITTIJIET TAT-TFAL Għajnuna lil irġiel vulnerabbli
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U D-DRITTIJIET TAT-TFAL Għajnuna lil irġiel vulnerabbli
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow