Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U T-TURIŻMU Id-Deputat Prim Ministru Ian Borg jiltaqa’ mal-Prim Ministru Palestinjan Mohammad Mustafa

pr250620
Date Icon 14/04/2025

Id-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu Ian Borg kellu taħditiet mal-Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u l-Emigranti tal-Palestina, Mohammad Mustafa, fil-marġini tal-ewwel laqgħa għolja ta' djalogu tal-Unjoni Ewropea mal-Awtorità Palestinjana, li saret fil-Lussemburgu, nhar it-Tnejn.

L-appoġġ ta' Malta lejn il-kawża Palestinjana, l-aħħar żviluppi fix-Xatt tal-Punent u f'Gaża, kif ukoll l-isforzi kontinwi favur paċi dejjiema bbażata fuq is-Soluzzjoni taż-Żewġ Stati, kienu fost it-temi ewlenin fuq l-aġenda tal-laqgħa.

Dr Borg spjega li f'dan iż-żmien delikat, u fid-dawl tal-iżviluppi dejjem aktar allarmanti f'Gaża u fix-Xatt tal-Punent, huwa importanti li Malta tkompli tisħaq dwar l-appoġġ tagħha lejn il-poplu Palestinjan. “Malta tikkundanna t-tkomplija tal-attakki fuq Gaża u ssejjaħ lil Iżrael sabiex jeżerċita trażżin. Inkomplu nenfasizzaw l-importanza li jiġi mħares il-ftehim ta' waqfien mill-ġlied f'Gaża u nħeġġu lil Hamas biex jonoraw l-impenji tagħhom dwar il-ħelsien tal-ostaġġi," qal id-Deputat Prim Ministru Malti, waqt li enfasizza l-ħtieġa li tiġi ggarantita l-protezzjoni taċ-ċivili u tal-ħaddiema umanitarji, filwaqt li tiġi ffaċilitata l-għajnuna umanitarja.

Iż-żewġ Ministri għall-Affarijiet Barranin iddiskutew l-għajnuna ta' Malta lill-Palestina, fosthom iż-żieda fl-appoġġ finanzjarju lill-UNRWA, lill-Programm Dinji tal-Ikel (WFP), u lil organizzazzjonijiet oħra li qed jaħdmu f'kundizzjonijiet diffiċli biex jipprovdu għajnuna umanitarja lill-Palestinjani. Malta qed toffri wkoll għajnuna medika lill-pazjenti Palestinjani f'Malta, kif ukoll boroż ta' studju għal studenti Palestinjani.

“Jeħtieġ nibqgħu nenfasizzaw l-importanza ta' paċi ġusta u dejjiema, mibnija fuq sisien sodi, fuq is-Soluzzjoni taż-Żewġ Stati, b'fruntieri bbażata fuq il-fruntieri ta' qabel l-1967 u Ġerusalemm bħala l-Kapitali taż-żewġ stati li jgħixu fil-paċi u s-sigurtà, skont ir-riżoluzzjonijiet rilevanti tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Magħquda u l-parametri miftiehma fuq skala internazzjonali," tenna Dr Borg, filwaqt li żied li progress sinifikanti lejn din is-soluzzjoni jista' jintlaħaq biss meta jintlaħqu b'mod sħiħ il-parametri tal-waqfien mill-ġlied.

F'kummenti dwar id-Djalogu ta' Livell Għoli tal-Unjoni Ewropea mal-Awtorità Palestinjana, Dr Borg ħeġġeġ lill-UE biex tieħu rwol attiv u koordinat fl-impenn tagħha mal-imsieħba Għarab u oħrajn li jaqsmu l-istess viżjoni, dwar il-Pjan Għarbi għar-Rikostruzzjoni u l-Irkupru ta' Gaża, bħala l-aktar pjan vijabbli għall-futur tal-Istrixxa ta' Gaża. “Malta tappoġġja l-isforzi tal-UE lejn il-bini tal-Istat Palestinjan u ssejjaħ għal impenn proattiv tal-UE fil-Proċess ta' Paċi f'dan il-mument kruċjali," hu qal.

Matul il-Kunsill tal-Affarijiet Barranin tal-Unjoni Ewropea, li sar aktar kmieni fl-istess jum, il-Ministri għall-Affarijiet Barranin iddiskutew ukoll iż-żieda reċenti fl-attakki Russi fuq miri ċivili fl-Ukrajna. “Dawn l-attakki jkomplu jenfasizzaw il-ħtieġa urġenti li nikkordinaw l-isforzi tagħna, inkluż mal-Istati Uniti u msieħba ewlenin oħra, biex jiġu implimentati l-miżuri li jistabbilixxu waqfien parzjali mill-ġlied, hekk kif tħabbar reċentement, u biex jiġi żgurat l-involviment dirett tal-UE lejn waqfien mill-ġlied b'mod komprensiv," appella d-Deputat Prim Ministru Borg.

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U T-TURIŻMU Id-Deputat Prim Ministru Ian Borg jiltaqa’ mal-Prim Ministru Palestinjan Mohammad Mustafa
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U T-TURIŻMU Id-Deputat Prim Ministru Ian Borg jiltaqa’ mal-Prim Ministru Palestinjan Mohammad Mustafa
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U T-TURIŻMU Id-Deputat Prim Ministru Ian Borg jiltaqa’ mal-Prim Ministru Palestinjan Mohammad Mustafa
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U T-TURIŻMU Id-Deputat Prim Ministru Ian Borg jiltaqa’ mal-Prim Ministru Palestinjan Mohammad Mustafa
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow