Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTIJIET U L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PROGRAMM ELETTORALI U MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-GVERN LOKALI: L-Awtorità tal-Artijiet tgħaddi spazju rikreattiv għad-dilettanti tal-avjazzjoni lill-Kunsill Lokali ta' Ħal Kirkop

pr250590
Date Icon 10/04/2025

Żona magħrufa aħjar bħala l-iSpotters Wall f'Ħal Kirkop se tgħaddi għand il-Kunsill Lokali wara ftehim li ġie ffirmat bejn l-Awtorità tal-Artijiet u l-Kunsill Lokali ta' Ħal Kirkop.

Dan tħabbar mill-Ministru għall-Artijiet u l-Implimentazzjoni tal-Programm Elettorali Stefan Zrinzo Azzopardi u s-Segretarju Parlamentari għall-Gvern Lokali Alison Zerafa Civelli waqt żjara fuq il-post.

Din iż-żona ilha għal snin twal post popolari fost l-appassjonati tal-avjazzjoni minn madwar Malta kollha grazzi għall-pożizzjoni strateġika tagħha u l-veduti uniċi fuq ir-runway tal-Ajruport Internazzjoni ta' Malta.

Il-Ministru Stefan Zrinzo Azzopardi stqarr kif grazzi għall-Awtorità tal-Artijiet, qegħdin inwettqu politika konkreta anki fuq bażi lokali, fejn artijiet u binjiet pubbliċi ta' valur għall-komunità jiġu devoluti lill-Kunsilli Lokali rispettivi.

“Minn issa 'l quddiem, iż-żona tal-ispotters se tkun taħt ir-responsabbiltà tal-Kunsill Lokali ta' Ħal Kirkop u dan se jippermetti li ż-żona tkun miżmuma aħjar biex tkompli titgawda mill-pubbliku," temm jgħid il-Ministru. 

Is-Segretarju Parlamentari Alison Zerafa Civelli, innotat b'sodisfazzjon dan il-ftehim bejn il-Kunsill Lokali ta' Ħal Kirkop u l-Awtorità tal-Artijiet. Spjegat kif din iż-żona hi popolari mhux mal-Koppin biss, imma ma' dawk kollha li jħobbu l-avjazzjoni minħabba li tinsab biswit l-ajruport.

“Il-Kunsill Lokali ta' Ħal Kirkop se jiġi fdat mill-Awtorità tal-Artijiet, sabiex jirranġa u jsebbaħ din iż-żona għal dawk kollha li jħobbu l-avjazzjoni, filwaqt li din se sservi ta' spazju miftuħ għall-familji kollha. Din l-inizjattiva tal-Kunsill Lokali ta' Ħal Kirkop jistħoqqilha kull tifħir," qalet is-Segretarju Parlamentari Zerafa Civelli.

Is-Segretarju Parlamentari kompliet tgħid kif il-Kunsilli Lokali jafu tajjeb il-ħtiġijiet tal-lokalitajiet rispettivi, u huwa għalhekk li l-gvern ċentrali qed jafda diversi proġetti u anke żoni direttament lill-Kunsilli Lokali. 

Is-Sindku ta' Ħal Kirkop Matthew Agius Zammit esprima s-sodisfazzjoni tiegħu għall-ftehim tad-devoluzzjoni li ġie ffirmat. “Permezz ta' dan il-ftehim, se nbiddlu din iż-żona fi spazju miftuħ aktar ħadrani, attraenti u li jkun favur il-familji u l-komunità kollha."

Il-Kunsill Lokali ta' Ħal Kirkop se jkun qed jaħdem f'kollaborazzjoni mal-Malta Aviation Society biex f'din iż-żona jsiru diversi attivitajiet edukattivi u rikreattivi li jattiraw aktar nies lejn dan il-post.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTIJIET U L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PROGRAMM ELETTORALI U MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-GVERN LOKALI: L-Awtorità tal-Artijiet tgħaddi spazju rikreattiv għad-dilettanti tal-avjazzjoni lill-Kunsill Lokali ta' Ħal Kirkop
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTIJIET U L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PROGRAMM ELETTORALI U MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-GVERN LOKALI: L-Awtorità tal-Artijiet tgħaddi spazju rikreattiv għad-dilettanti tal-avjazzjoni lill-Kunsill Lokali ta' Ħal Kirkop
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow