Left arrow Go Back

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAS-SAJD, L-AKWAKULTURA U D-DRITTIJIET TAL-ANNIMALI

pr250549
Date Icon 03/04/2025

Is-Segretarju Parlamentari Alicia Bugeja Said affermat mill-ġdid l-impenn li għandha Malta biex tipproteġi l-bijodiversità tal-baħar u ssaħħaħ is-sostenibbiltà tas-sajd fil-Mediterran

Is-Segretarju Parlamentari għas-Sajd, l-Akwakultura u d-Drittijiet tal-Annimali Alicia Bugeja Said indirizzat konferenza dwar proġett ġdid ta' LIFE OASIS, bit-tema 'Gwardjani tal-Baħar - flimkien għal sajd sostenibbli u salvagwardja tal-fekruna tal-baħar'.

Dan il-proġett ikompli jibni fuq il-ħidma ta' pajjiżna fil-konservazzjoni tal-baħar billi jrawwem kollaborazzjoni bejn is-sajjieda, ix-xjenzati, u l-konservazzjonisti. Dan hekk kif is-sajjieda għandhom għarfien imprezzabbli dwar is-suġġett u din il-kollaborazzjoni se twassal sabiex l-esperjenza tagħhom tifforma l-bażi ta' prattiċi sostenibbli tas-sajd.

Waqt id-diskors tagħha, is-Segretarju Parlamentari Alicia Bugeja Said enfasizzat l-importanza li jkun hemm bilanċ bejn il-protezzjoni tal-ħajja tal-baħar u l-bżonnijiet tal-komunitajiet tas-sajd. “Din il-konferenza hija prova ta' kif is-sajjieda f'Malta, Sqallija u l-gżejjer Baleariċi għandhom impenn favur il-ħarsien tal-bijodiversità tal-baħar, waqt li jiżguraw is-sostenibbiltà tas-sajd tagħna."

Hija spjegat li l-gvern qed jaħdem id f'id mas-sajjieda sabiex jimplimenta prattiċi li jnaqqsu l-bycatch u jnaqqsu l-impatt tas-sajd fuq l-ekosistema tal-baħar. Kompliet li s-sostenibbiltà tas-sajd mhijiex biss kwistjoni ambjentali, iżda hija wkoll responsabbiltà lejn il-komunitajiet kostali u l-ġenerazzjonijiet futuri. Hija saħqet ukoll fuq l-importanza tal-kollaborazzjoni bejn ix-xjentisti, il-komunitajiet tas-sajd u l-pubbliku.

Is-segretarju parlamentari tkellmet ukoll dwar l-irwol kruċjali tas-sajda bil-kannizzati, li għandha valur ekoloġiku għas-sajjieda Maltin u għar-reġjun kollu. Hi spjegat kif din il-prattika mhux biss tgħin biex jiġu mmirati ċertu speċijiet ta' ħut b'mod sostenibbli, iżda tipprovdi wkoll għajxien lis-sajjieda u tikkontribwixxi għas-sigurtà tal-ikel fil-Mediterran.

“Dan il-gvern se jibqa' impenjat biex joħloq soluzzjonijiet li jibbenefikaw kemm lill-bijodiversità tal-baħar kif ukoll lil dawk li jiddependu fuq il-baħar għall-għajxien tagħhom," ikkonkludiet is-segretarju parlamentari.

Il-konferenza ġiet indirizzata wkoll mid-Direttur ta' Nature Trust Malta, Vincent Attard, li qed imexxu dan il-proġett. Huwa spjega li LIFE OASIS se jkun qed jgħin ukoll lil dawk li jistadu għal-lampuki biex jadottaw teknoloġiji avvanzati li jtejbu s-sostenibbiltà. Spjega kif bagi se jkunu mgħammra b'echo-sounder sensors li jippermettu l-monitoraġġ kontinwu ta' stokkijiet tal-ħut. Dan se jgħin biex ikun hemm użu aħjar tar-riżorsi, jonqos il-konsum tal-fjuwil, u tiżdied l-effiċjenza fl-operat tas-sajjieda.

“Aħna kburin li qed inniedu l-LIFE OASIS f'Malta, pajjiż li hu ddedikat għall-konservazzjoni tal-baħar u s-sajd sostenibbli. Din il-konferenza tipprovdi pjattaforma importanti għal konservazzjoni u azzjoni kollettiva lejn l-ekosistema tal-baħar Mediterran," temm jgħid is-Sur Attard.

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAS-SAJD, L-AKWAKULTURA U D-DRITTIJIET TAL-ANNIMALI
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow