Left arrow Go Back

STQARRIJA MINN DR LYDIA ABELA Inawgurati faċilitajiet ġodda li jwieġbu aħjar għall-ħtiġijiet tat-tfal kollha

PR250535
Date Icon 02/04/2025

F'Jum l-Awtiżmu, mart il-Prim Ministru Lydia Abela żaret faċilità ta' childcare f'Ħ'Attard li mil-lum beda joffri servizzi speċjalizzati għat-tfal.

Dan huwa wieħed minn erba' ċentri simili li nfetħu fl-aħħar għaxar snin mill-imprenditriċi Charmaine Caruana.

Kull ċentru jilqa' fih madwar 30 tifel u tifla, b'50 professjonist li jaħdmu b'dedikazzjoni biex jipprovdu l-aqwa kura u edukazzjoni.

Waqt l-inawgurazzjoni ta' sensory room ġdida, Dr Abela setgħet tapprezza mingħand it-tfal u l-ħaddiema ta' dan iċ-ċentru kif din il-faċilità se tkompli ttejjeb is-servizzi offruti.

Mart il-Prim Ministru qalet li dan se jkun pass ieħor lejn il-ħolqien ta' ambjent li jwieġeb aħjar għall-ħtiġijiet tat-tfal kollha.

Saħqet li huwa pożittiv li pajjiżna qed ikompli joffri iktar servizzi li jgħinu lit-tfal jiżviluppaw bl-aħjar mod possibbli u jiksbu l-potenzjal sħiħ tagħhom.

Dr Abela temmet tgħid li Malta trid tkompli tkun vuċi b'saħħitha għall-inklużjoni biex is-soċjetà tagħna tibqa' toffri sostenn u opportunitajiet lil kulħadd.

STQARRIJA MINN DR LYDIA ABELA Inawgurati faċilitajiet ġodda li jwieġbu aħjar għall-ħtiġijiet tat-tfal kollha
STQARRIJA MINN DR LYDIA ABELA Inawgurati faċilitajiet ġodda li jwieġbu aħjar għall-ħtiġijiet tat-tfal kollha
STQARRIJA MINN DR LYDIA ABELA Inawgurati faċilitajiet ġodda li jwieġbu aħjar għall-ħtiġijiet tat-tfal kollha
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow