Left arrow Go Back

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-GVERN LOKALI Outdoor Gym f’Marsaxlokk permezz ta’ finanzjament mill-Iskema għall-Proġetti Kapitali

pr250514
Date Icon 27/03/2025

F'Marsaxlokk, ġie installat outdoor gym ġdid fi Ġnien il-Familja. Dan il-gym sar permezz ta' fondi mill-Iskema ta' Finanzjament għall-Proġetti Kapitali – Komunitajiet aktar b'Saħħithom u Inklussivi, li hija mmexxija mid-Direttorat tal-Gvern Lokali, fi ħdan is-Segretarjat Parlamentari għall-Gvern Lokali.

Preżenti għall-inawgurazzjoni ta' dan il-gym kien hemm is-Segretarju Parlamentari għall-Gvern Lokali Alison Zerafa Civelli, flimkien mas-Sindku ta'  Marsaxlokk Steven Grech u membri oħra tal-kunsill lokali. Waqt l-inawgurazzjoni ntqal li dan il-gym se jkun jista' jintuża mill-pubbliku kif ukoll minn dawk li jiffrekwentaw il-klassijiet ta' eżerċizzju fiżiku li jorganizza bla ħlas l-istess kunsill lokali.

Fid-diskors tagħha, is-Segretarju Parlamentari Alison Zerafa Civelli spjegat li l-kunsilli lokali għandhom rwol importanti fil-benesseri tar-residenti tagħhom. Kompliet li l-gvern qed iħalli f'idejn il-kunsilli lokali stess biex joħorġu bl-ideat tagħhom, għax il-kunsilli lokali jafu l-aktar il-ħtiġijiet tal-lokal u tar-residenti.

“Fl-aħħar xhur rajna diversi inizjattivi meħuda mill-kunsilli lokali u l-Kumitati Reġjonali, li sabu l-finanzjament tal-gvern. Dan huwa xhieda tal-impenn tal-gvern li jkompli jsaħħaħ il-lokalitajiet tagħna permezz ta' spazji miftuħa u kif ukoll spazji li fihom jista' jsir l-eżerċizzju fiżiku, dan sabiex kulħadd ikollu dritt għal ħajja sana u b'saħħitha," qalet is-Segretarju Parlamentari Alison Zerafa Civelli.

Hija qalet kif din is-sena, u kif diġà mħabbar, il-gvern reġa' investa ammont sostanzjali f'din l-iskema, dan għaliex il-gvern jemmen fil-benesseri tas-soċjetà, fiż-żieda ta' spazji miftuħa u kif ukoll fil-bżonn ta' spazji ta' rikreazzjoni.

Min-naħa tiegħu, is-Sindku ta' Marsaxlokk Steven Grech, qal li l-kunsill lokali kien ilu jħoss il-bżonn li jkun hemm spazju ta' dan it-tip f'Marsaxlokk, dan minħabba li dan il-ġnien jintuża mir-residenti bħala post ta' eżerċizzju fiżiku. Huwa rringrazzja lill-gvern li qed ikun ta' spalla għall-kunsilli lokali fit-twettiq ta' proġetti bħal dawn.

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-GVERN LOKALI Outdoor Gym f’Marsaxlokk permezz ta’ finanzjament mill-Iskema għall-Proġetti Kapitali
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-GVERN LOKALI Outdoor Gym f’Marsaxlokk permezz ta’ finanzjament mill-Iskema għall-Proġetti Kapitali
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-GVERN LOKALI Outdoor Gym f’Marsaxlokk permezz ta’ finanzjament mill-Iskema għall-Proġetti Kapitali
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow