Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U D-DRITTIJIET TAL-ANNIMALI Titnieda skema favur is-sajjieda ‘Investimenti abbord bastimenti tas-sajd’

PR250511
Date Icon 27/03/2025

Waqt konferenza tal-aħbarijiet, tnediet l-iskema 'Investimenti abbord bastimenti tas-sajd', kofinanzjata minn fondi Ewropej u qed issir b'kollaborazzjoni ma' Servizzi Ewropej Malta. Din l-iskema tnediet mill-Ministru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali, Anton Refalo u mis-Segretarju Parlamentari għas-Sajd, l-Akwakultura u d-Drittijiet tal-Annimali, Alicia Bugeja Said.

Permezz ta' din l-iskema, is-sajjieda jistgħu jibbenefikaw minn għajnuna finanzjarja biex jimmodernizzaw u jtejbu l-miżuri ta' sigurtà fuq il-bastimenti tagħhom.

Il-Ministru Anton Refalo spjega, “Permezz ta' din l-inizjattiva, l-Unjoni Ewropea qed tkompli tassigura li ċ-ċittadini tagħha jkollhom aċċess għall-ikel tal-baħar ta' kwalità u bi prezz raġonevoli. Għal dan l-għan jeħtieġ li l-industrija tas-sajd, tkun kompetittiva ħalli s-sajjieda jkollhom dħul xieraq u jgawdu livell ta' għajxien adegwat u dan fid-dawl tal-kunċett tal-ekonomija blu. Għaldaqstant kommessi li nkomplu l-ħidma tagħna biex inniedu skemi bħal dawn."

Is-Segretarju Parlamentari Alicia Bugeja Said sostniet, “Is-sajd mhux biss jagħti sehmu fl-ekonomija tagħna iżda huwa wkoll parti integrali mill-kultura u l-identità marittima ta' pajjiżna. Permezz ta' din l-iskema, qed nagħtu l-opportunità lis-sajjieda biex jinvestu f'teknoloġiji ġodda u jtejbu l-infrastruttura tagħhom sabiex ikunu jistgħu joperaw b'mod aktar sigur u effiċjenti." Hija ħeġġet lis-sajjieda kollha biex japplikaw għal din l-opportunità ta' investiment u saħqet dwar l-importanza ta' dawn il-fondi li qed jintużaw sabiex is-settur tas-sajd f'Malta jibqa' wieħed kompetittiv u vijabbli.

Rodrick Zerafa, il-Kap Eżekuttiv ta' Servizzi Ewropej f'Malta tkellem dwar l-aġenzija bħala għodda importanti biex is-sajjieda wkoll, bħall-bdiewa, in-negozji, l-għaqdiet volontarji u kunsilli lokali, ikollhom l-għajnuna bla ħlas biex japplikaw għal finanzjament ta' proġetti bil-fondi Ewropej. “Qed ngħinu lil dawk interessati li japplikaw għall-fondi Ewropej biex ifasslu l-proġetti li jkollhom f'moħħhom skont il-kriterji ta' skemi differenti u eventwalment iressqu applikazzjoni kompetittiva."

Min-naħa tiegħu, id-Direttur Ġenerali għall-Fondi Ewropej, l-Inġ. Anthony Camilleri spjega li, “Din hija l-ewwel sejħa, immirata direttament lejn is-sajjied għal investimenti abbord bastimenti tas-sajd. B'differenza minn programmi ta' fondi preċedenti, din is-sejħa se tkun miftuħa għal perjodu itwal, u se tibqa' miftuħa sa Settembru tal-2026. Barra minn hekk, għal dan il-programm ta' fondi, persuni jistgħu jibbenefikaw ukoll minn għajnuna għal servizzi ta' konsulenza. Din id-darba, il-Managing Authority qed taħdem direttament ma' Servizzi Ewropej f'Malta biex dawn jassistu lis-sajjieda fil-mili tal-applikazzjonijiet tal-proġetti li jixtiequ jissottomettu".

Bħalma sar fi skemi oħrajn, se jittellgħu laqgħat ta' informazzjoni li se jorganizzaw l-aġenzija SEM biex is-sajjieda jkunu jafu aħjar il-kriterji ta' din is-sejħa għal investimenti abbord il-bastimenti tas-sajd. Dawn se jsiru fil-ġimgħat li ġejjin f'Marsaxlokk, f'San Pawl il-Baħar u f'Għawdex.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U D-DRITTIJIET TAL-ANNIMALI Titnieda skema favur is-sajjieda ‘Investimenti abbord bastimenti tas-sajd’
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U D-DRITTIJIET TAL-ANNIMALI Titnieda skema favur is-sajjieda ‘Investimenti abbord bastimenti tas-sajd’
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U D-DRITTIJIET TAL-ANNIMALI Titnieda skema favur is-sajjieda ‘Investimenti abbord bastimenti tas-sajd’
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow