Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U D-DRITTIJIET TAT-TFAL Imniedi proġett li jagħti ċans ieħor lil żgħażagħ li jkunu xellfu difrejhom mal-ġustizzja

PR250505
Date Icon 26/03/2025

Waqt konferenza tal-aħbarijiet, ġie mniedi proġett ġdid b'fondi Ewropej Second Chance: Empowering First Time Offenders. Proġett li għandu l-għan illi joħloq bidla fl-imġiba  u l-ħajja ta' dawk iż-żgħażagħ li jkunu xellfu difrejhom mal-ġustizzja. Appoġġ bħal dan għandu jgħin lil dawn iż-żgħażagħ ma jirrepetux żbalji li għamlu u  opportunità biex idawru r-rotta għal ħajja tajba mingħajr ebda periklu għalihom u għal ħaddieħor.

B'allokazzjoni finanzjarja ta' aktar minn tliet miljun ewro, din il-ħidma kollaborattiva se tkun qed tagħti ċ-ċans lil dawn iż-żgħażagħ jilħqu l-potenzjal sħiħ tagħhom u għaldaqstant jagħtu kontribut pożittiv lis-soċjetà.

Waqt it-tnedija tal-proġett,  il-Ministru għall-Politika Soċjali u Drittijiet tat-Tfal, Michael Falzon stqarr, “Iż-żgħażagħ huma l-preżent u l-futur tas-soċjetà, u għalhekk għandna nagħtu prijorità lill-bżonnijiet ta' din il-popolazzjoni. Dan għandu jsir b'rispett lura lejn is-soċjetà li tkun tat ċans ta' riforma lil dik il-persuna."

Il-Kap Eżekuttiv tal-FSWS, Alfred Grixti qal li l-proġett se jkun qed jiffoka primarjament fuq erba' temi: L-outreach u l-prevenzjoni, l-interventi ffukati u speċjalizzati fuq il-każ, l-inklussività attiva u t-tisħiħ tal-kollaborazzjoni bejn il-partijiet kollha. Hu għalaq id-diskors billi qal li ż-żgħażagħ huma l-futur tas-soċjetà u importanti li nagħtu prijorità lil dak li hu neċessarju għall-poplu Malti.

Remenda Grech, Direttur tal-Kura Alternattiva fi ħdan l-FSWS, tkellmet dwar ix-xogħol ta' dan il-proġett u kemm se jkun utli għal dawk li jagħmlu użu minnu. “Dan il-proġett se jagħti l-opportunità lil diversi stakeholders, fosthom l-FSWS, il-pulizija, id-drugs tribunal, il-ħabs u r-reġjuni lokali li jaħdmu b'mod konġunt biex joffru pjan ħolistiku għal dawk iż-żgħażagħ bi problemi ta' mġiba u first time offenders." 

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U D-DRITTIJIET TAT-TFAL Imniedi proġett li jagħti ċans ieħor lil żgħażagħ li jkunu xellfu difrejhom mal-ġustizzja
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U D-DRITTIJIET TAT-TFAL Imniedi proġett li jagħti ċans ieħor lil żgħażagħ li jkunu xellfu difrejhom mal-ġustizzja
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U D-DRITTIJIET TAT-TFAL Imniedi proġett li jagħti ċans ieħor lil żgħażagħ li jkunu xellfu difrejhom mal-ġustizzja
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow