Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AMBJENT, L-ENERĠIJA U L-INDAFA PUBBLIKA Tisħiħ fis-sistema tal-elettriku f’żoni f’Tas-Sliema, il-Gżira u San Ġiljan

PR250504
Date Icon 26/03/2025

Enemalta qed tkompli tinvesti fit-tkabbir u r-riġenerazzjoni tas-sistema ta' distribuzzjoni tal-enerġija billi żżid 13-il kilometru ta' cables ġodda taħt l-art f'Tas-Sliema, il-Gżira u San Ġiljan.

Waqt żjara fuq xogħlijiet li għaddejjin f'Tas-Sliema, il-Ministru għall-Enerġija Miriam Dalli tkellmet dwar l-impenn tal-Gvern biex ikompli jħejji l-provvista tal-elettriku għal-lum u l-futur. “Dan l-investiment huwa xhieda ċara tal-ħidma tagħna li nkomplu ntejbu u niffaċilitaw il-ħajja tan-nies u n-negozji b'sistema tal-enerġija aktar moderna u robusta. Determinati li nkomplu ninvestu fl-infrastruttura strateġika tal-pajjiż, biex niżguraw provvista aktar stabbli u biex nindirizzaw l-isfidi tal-ġejjieni fil-qasam tal-enerġija," qalet il-Ministru Dalli filwaqt li spjegat kif dan it-tisħiħ huwa kruċjali b'mod partikolari f'żoni urbani u turistiċi. “Dan il-proġett huwa parti minn strateġija usa' biex il-pajjiż ikollu grid aktar reżiljenti u flessibbli, wara ż-żieda fit-turiżmu u t-tkabbir ekonomiku b'mod speċjali f'dawn il-lokalitajiet."

B'ammont sostanzjali ta' investiment, Enemalta għaddejja b'aktar xogħol ta' tisħiħ fis-sistema ta' distribuzzjoni madwar il-gżejjer Maltin. Kif ħabbar il-Gvern f'Diċembru tas-sena li għaddiet, b'kollox ser ikunu qed jiżdiedu 60 kilometru ta' cables ġodda madwar 21 lokalità f'Malta u Għawdex, fejn diversi xogħlijiet jinsabu fi stadji avvanzati.

Iċ-Chairman Eżekuttiv ta' Enemalta, l-Inġ. Ryan Fava, spjega kif dawn il-cables ġodda jsaħħu l-isforzi tal-kumpanija biex tipprovdi infrastruttura aktar reżiljenti, filwaqt li tassigura futur sostenibbli. “Ix-xogħlijiet fuq il-cables huma kruċjali għat-tisħiħ tal-grid nazzjonali u jkompli jsaħħaħ l-isforzi ta' Enemalta biex toffri servizz aħjar u aktar sigur lil kull klijent. Filwaqt li tkompli titkabbar il-kapaċità taċ-ċentri ta' distribuzzjoni, Enemalta qed tippjana infrastruttura li tgħin kemm lill-familji kif ukoll lin-negozji; issa u fil-futur," stqarr l-Inġ. Fava.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AMBJENT, L-ENERĠIJA U L-INDAFA PUBBLIKA Tisħiħ fis-sistema tal-elettriku f’żoni f’Tas-Sliema, il-Gżira u San Ġiljan
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AMBJENT, L-ENERĠIJA U L-INDAFA PUBBLIKA Tisħiħ fis-sistema tal-elettriku f’żoni f’Tas-Sliema, il-Gżira u San Ġiljan
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow