Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U T-TURIŻMU Nigel Vella jinħatar Kap Eżekuttiv ta’ Dar il-Mediterran għall-Konferenzi

pr250496
Date Icon 26/03/2025

Nigel Vella nħatar Kap Eżekuttiv ta' Dar il-Mediterran għall-Konferenzi (MCC). Is-Sur Vella ser jibda jokkupa din il-kariga mill-1 ta' April li ġej, minflok Pierre Fenech, li issa ser ikun qed jiffoka fuq l-irwol tiegħu ta' Kap Eżekuttiv tal-Istitut għall-Istudji Turistiċi (ITS), kif tħabbar fil-ġimgħat li għaddew.

Id-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu Ian Borg irringrazzja lis-Sur Fenech tal-ħidma tiegħu f'Dar il-Mediterran fl-aħħar snin, hekk kif mexxa dan iċ-Ċentru lejn għadd ta' riżultati pożittivi. Fl-istess waqt, awgura lis-Sur Vella għall-ħatra tiegħu. Ħeġġeġ lil din l-entità tkompli toffri s-servizzi u l-għarfien tagħha fl-organizzazzjoni ta' konferenzi u attivitajiet kulturali tal-ogħla livell, hekk kif Malta qed tkompli żżid il-varjetà ta' attrazzjonijiet fil-qasam tat-turiżmu kulturali, filwaqt li ssaħħaħ ir-reputazzjoni reġjonali tagħha fil-qasam tal-konferenzi, fieri u inizzjattivi internazzjonali oħrajn simili, li qed jiġbed opportunitajiet mill-aqwa lejn il-gżejjer Maltin.

F'dawn l-aħħar snin, Nigel Vella ħadem bħala konsulent fi ħdan il-Ministeru għall-Intern, Sigurtà u x-Xogħol. Ħadem ukoll fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru, fejn serva kemm bħala Deputat Kap tal-Komunikazzjoni u anke bħala Kelliem għall-Gvern.

Attwalment huwa wkoll Gvernatur fuq il-Bord tal-Gvernaturi fi ħdan l-Awtorità tal-Innovazzjoni Diġitali (MDIA). Nigel Vella għandu Baċellerat fl-Istorja, li kiseb mill-Università ta' Malta fl-2012.

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U T-TURIŻMU Nigel Vella jinħatar Kap Eżekuttiv ta’ Dar il-Mediterran għall-Konferenzi
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow