Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U L-ANZJANITÀ ATTIVA Il-ħarsien tas-saħħa mentali u l-aċċess ekwu għall-mediċini – it-temi prinċipali waqt il-Kunsill tal-Ministri tas-Saħħa

PR250495
Date Icon 26/03/2025

F'Varsavja fil-Polonja, il-Ministru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva Jo Etienne Abela qed jattendi għal-laqgħa tal-Kunsill tal-Ministri tas-Saħħa li qed tiġi organizzata mill-Presidenza Pollakka tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea. Fost it-temi diskussi kien hemm il-ħarsien tal-kura tas-saħħa mentali fit-tfal u żgħażagħ, u l-aċċess ekwu għal mediċina ugwali għal kulħadd.

Fl-intervent tiegħu dwar il-ħarsien tas-saħħa mentali fit-tfal u żgħażagħ u l-effetti tal-mezzi soċjali, il-Ministru Jo Etienne Abela qal kif għall-Gvern Malti, il-ħarsien u kura għas-saħħa mentali ilha prijorità u qed jaħdem fuq numru ta' strateġiji u innovazzjoni fejn jidħol dan is-suġġett. Sostna, li din għandha tkun diskussjoni li kull pajjiż Ewropew ipoġġi fuq nett tal-aġenda.

“Fl-aħħar snin, Malta nediet numru ta' inizjattivi biex inħarsu s-saħħa mentali, fosthom ġie mniedi l-programm 'Be Smart Online', 'Child Web Alert Hotline', kif ukoll in-numru nazzjonali għas-Saħħa Mentali 1579. Iżda dan mhux biżżejjed, u kommessi li nkomplu l-ħidma tagħna f'dan ir-rigward fejn anke nkomplu nisimgħu mingħand iż-żgħażagħ u tfal stess," saħaq il-Ministru Abela.

Rigward it-tema tal-mediċini, il-Ministru Abela kompla billi tenna dak li tkellem dwaru l-Prim Ministru Robert Abela fi Brussell, l-importanza li jkun hemm aċċess għall-mediċini kollha u bi prezz ugwali għal kulħadd. Saħaq li Malta tibqa' tisħaq fuq l-aċċess ġust għall-mediċini fejn kull Stat Membru jgawdi mill-vantaġġi tas-Suq Waħdieni. Qal li ċ-ċokon ta' pajjiż bħal Malta m'għandux jimpedixxi li wieħed jikseb il-vantaġġi tas-Suq Waħdieni b'mod ekwu.

“Is-saħħa taċ-ċittadin hija r-raġuni wara dawn il-laqgħat importanti. L-aċċess ekwu u trasparenti għall-mediċini kritiċi u l-ħarsien tas-saħħa mentali taż-żgħar tagħna huma pedamenti tal-impenn u l-ħidma tagħna," temm jgħid il-Ministru Abela.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U L-ANZJANITÀ ATTIVA Il-ħarsien tas-saħħa mentali u l-aċċess ekwu għall-mediċini – it-temi prinċipali waqt il-Kunsill tal-Ministri tas-Saħħa
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U L-ANZJANITÀ ATTIVA Il-ħarsien tas-saħħa mentali u l-aċċess ekwu għall-mediċini – it-temi prinċipali waqt il-Kunsill tal-Ministri tas-Saħħa
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow