Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAT-TRASPORT, L-INFRASTRUTTURA U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI: Inawgurat l-ewwel proġett mill-inizjattiva Vjal Kulħadd

pr250474
Date Icon 23/03/2025

Il-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħlijiet Pubbliċi Chris Bonett ħabbar it-tlestija tal-ewwel proġett mill-inizjattiva “Vjal Kulħadd” fi Triq Żabbar, li twassal miż-Żejtun għal Ħaż-Żabbar. L-għan tal-inizjattiva “Vjal Kulħadd” hu li jiġu identifikati toroq u żoni madwar il-pajjiż fejn b’kollaborazzjoni mal-kunsilli lokali noffru ambjent aħjar fil-komunitajiet li ngħixu fihom.

Matul ix-xhur li għaddew, sar xogħol estensiv f’din it-triq biex issa ser tkun qed toffri ambjent isbaħ u vjaġġar iktar sigur. F’dan il-proġett, inħolqot żona ta’ ’l fuq minn kilometru li tista’ tiġi użata kemm għal użu pedonali u kemm għal użu bir-roti, imdawwra b’siġar u pjanti indiġeni. Ġibjun ġdid ser ikun qiegħed jindirizza l-problema tal-għargħar li kien hemm fiż-żona filwaqt li l-ilma li jinġabar ser ikun qiegħed jintuża mil-bdiewa tal-madwar biex isaqqu r-raba’ tagħhom. Fl-aħħar fażi tal-proġett, ġiet installata sistema ta’ dawl ġdida adegwata filwaqt li tqaxxar il-wiċċ antik tat-triq u ingħata saff ġdid t’asfalt, b’sistemi ġodda li jassiguraw veloċità addatta għal din it-triq.

Dan il-proġett ġie inawgurat b’differenza. Infrastructure Malta, b’kollaborazzjoni ma’ diversi għaqdiet lokali għamlet attività fejn għal-lum biss, f’din it-triq ingħalaq l-aċċess għal vetturi u minflok setgħet titgawda mill-familji, b’diversi inizjattivi fosthom żona iddedikata għat-tagħlim tas-sewqan tar-roti fejn tfal u adulti setgħu jitgħallmu jsuqu taħt il-gwida ta' strutturi esperjenzati.

Il-Ministru Chris Bonett wera s-sodisfazzjon tiegħu għat-trasformazzjoni li għaddiet minnha din it-triq fejn minn spazju dedikat għal vetturi biss, in-nies tal-madwar issa jistgħu jgawdu minn passaġġ sigur u isbaħ għal min irid jagħmel użu minn mezzi alternattivi ta’ trasport bħar-rota u l-mixi. Huwa rringrazzja lill-ħaddiema kollha tas-servizz tagħhom u lir-residenti tal-madwar li kkoperaw bis-sħiħ mal-awtoritajiet tul dan il-proġett. 

Huwa sostna li l-konkorrenza qawwija għal din l-attività tawgura tajjeb għal aktar proġetti li jippromwovu stil ta’ ħajja attiv permezz ta’ żoni pedonali, korsiji għar-roti u spazji ħodor ġodda. Minbarra l-element ambjentali, b’ammont konsiderevoli ta’ siġar u arbuxelli ġodda li nżergħu tul it-triq, saru interventi infrastrutturali importanti li indirizzaw l-problemi tal-għargħar, b’ħażna tal-ilma għal bdiewa tal-madwar. “Inizjattivi bħal dawn juru biċ-ċar il-viżjoni tal-gvern, dik li l-infrastruttura tal-pajjiż tpoġġi lin-nies fiċ-ċentru tagħha,” temm jgħid il-ministru.

Min-naħa tiegħu, Steve Ellul, Kap Eżekuttiv ta’ Infrastructure Malta, spjega kif dan il-proġett ħoloq spazju miftuħ ġdid kif ukoll indirizza problemi li kien hemm bħall-għargħar. Huwa spjega kif xogħol maġġuri bħar-rikostruzzjoni tal-wiċċ tat-triq seħħ matul il-lejl biex jitnaqqas kemm jista’ jkun l-inkonvenjent għal min jivvjaġġa minn din it-triq. “Fix-xhur li ġejjin ser inkunu qegħdin naraw aktar toroq jieħdu l-ħajja permezz ta’ din l-inizjattiva biex nippromowvu mobbiltà alternattiva u noħolqu aktar żoni miftuħa fil-qalba tal-komunità,” temm jgħid Steve Ellul.

B’investiment ta’ aktar minn għaxar miljun ewro, l-ewwel fażi tal-inizjattiva “Vjal Kulħadd” ser twassal għal trasformazzjoni ta’ 14-il żona differenti f’diversi rħula madwar Malta sal-aħħar tas-sena 2026.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAT-TRASPORT, L-INFRASTRUTTURA U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI: Inawgurat l-ewwel proġett mill-inizjattiva Vjal Kulħadd
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAT-TRASPORT, L-INFRASTRUTTURA U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI: Inawgurat l-ewwel proġett mill-inizjattiva Vjal Kulħadd
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAT-TRASPORT, L-INFRASTRUTTURA U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI: Inawgurat l-ewwel proġett mill-inizjattiva Vjal Kulħadd
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAT-TRASPORT, L-INFRASTRUTTURA U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI: Inawgurat l-ewwel proġett mill-inizjattiva Vjal Kulħadd
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow