Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AMBJENT, L-ENERĠIJA U L-INDAFA PUBBLIKA Mijiet ta’ xemgħat jixegħlu Pjazza San Ġorġ għal Earth Hour Malta

pr250473
Date Icon 23/03/2025

Ilbieraħ filgħaxija, mijiet ta’ persuni nġabru fi Pjazza San Ġorġ, il-Belt Valletta biex jipparteċipaw f’attivitajiet li jimmarkaw Earth Hour, moviment ambjentali madwar id-dinja favur l-enerġija sostenibbli u l-għarfien dwar it-tibdil fil-klima.

Il-Ministeru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Indafa Pubblika ngħaqad għal darb’oħra ma’ aktar minn 190 pajjiż sabiex jorganizza dan l-avveniment. Permezz ta’ kollaborazzjoni ma’ diversi stakeholders, bejn it-8.30pm u d-9.30pm, intfew landmarks u binjiet madwar Malta u Għawdex f’ġest kollettiv għal Earth Hour. Il-parteċipanti poġġew xemgħat quddiem il-Palazz tal-Gran Mastru, li jiffurmaw il-logo tal-avveniment Earth Hour ‘60’.

Francine Pace Caruana, Direttur għall-Iżvilupp Sostenibbli fi ħdan l-istess ministeru, qalet li l-għan ta’ din l-inizjattiva hu li titqajjem kuxjenza dwar it-tibdil fil-klima u l-użu responsabbli tal-enerġija u riżorsi oħra. “Bidliet żgħar fil-ħajja tagħna ta’ kuljum jistgħu jagħmlu differenza,” żiedet Pace Caruana.

Sabiex inkomplu nsaħħu l-messaġġ li kulħadd jista’ jingħaqad biex jagħmel differenza pożittiva, l-attivitajiet ta’ Earth Hour fil-Belt Valletta kienu jinkludu fost l-oħrajn marċ mill-banda tal-iscouts ta’ Bormla minn Pjazza Tritoni sa Pjazza San Ġorġ. Minbarra d-divertiment lokali, entitajiet fi ħdan il-ministeru, fosthom Ambjent Malta, l-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi, l-Aġenzija għall-Enerġija u l-Ilma, Circular Economy Malta, il-Korporazzjoni għar-Riġenerazzjoni tal-Port il-Kbir, Wasteserv, il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma, Project Green, id-Direttorat għall-Iżvilupp Sostenibbli, u l-kampanja Saving Our Blue, ingħaqdu mal-avveniment sabiex jipprovdu informazzjoni lill-pubbliku dwar l-ambjent u s-sostenibbiltà permezz ta’ attivitajiet interattivi.

Il-pubbliku kellu ċ-ċans li jgawdi minn proġezzjoni awdjoviżiva mal-faċċata tal-Palazz tal-Gran Mastru, fejn ġiet enfasizzata l-ħtieġa li nħarsu l-ambjent tagħna billi nkunu involuti b’mod attiv u napprezzaw l-ambjent ta’ madwarna.

Il-pubbliku huwa mħeġġeġ ukoll isegwi l-mezzi tal-midja soċjali ta’ Sostenibilità għal aktar attivitajiet u informazzjoni.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AMBJENT, L-ENERĠIJA U L-INDAFA PUBBLIKA Mijiet ta’ xemgħat jixegħlu Pjazza San Ġorġ għal Earth Hour Malta
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AMBJENT, L-ENERĠIJA U L-INDAFA PUBBLIKA Mijiet ta’ xemgħat jixegħlu Pjazza San Ġorġ għal Earth Hour Malta
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AMBJENT, L-ENERĠIJA U L-INDAFA PUBBLIKA Mijiet ta’ xemgħat jixegħlu Pjazza San Ġorġ għal Earth Hour Malta
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AMBJENT, L-ENERĠIJA U L-INDAFA PUBBLIKA Mijiet ta’ xemgħat jixegħlu Pjazza San Ġorġ għal Earth Hour Malta
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow