Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U T-TURIŻMU Ftehim Kollettiv ġdid bejn il-Mediterrean Conference Centre u l-UHM - Voice of the Workers

PR250466
Date Icon 21/03/2025

Id-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu Ian Borg ippreseda l-iffirmar ta' ftehim kollettiv ġdid bejn il-Mediterranean Conference Centre (MCC) u l-UHM - Voice of the Workers, aktar kmieni llum ġewwa l-MCC fil-Belt Valletta.

“Dan il-ftehim mhuwiex biss dokument legali, iżda huwa wegħda għall-futur. Il-gvern qed ikompli juri b'azzjoni konkreta l-impenn tiegħu lejn il-ħaddiema u l-kundizzjonijiet tagħhom. Aħna ma nitkellmux biss fuq il-ġid tal-ħaddiema, imma nwettqu b'azzjonijiet ċari. L-MCC mhux biss kompla jikber u jsaħħaħ ir-reputazzjoni tiegħu, iżda wkoll sar pilastru għall-konferenzi, l-avvenimenti prestiġjużi u l-kultura f'pajjiżna. Din hija prova oħra ta' kif it-tmexxija b'viżjoni twassal għas-suċċess," qal id-deputat prim ministru.

Matul l-aħħar għaxar snin, l-MCC ra trasformazzjoni sinifikanti, b'żieda f'bookings u avvenimenti internazzjonali.

Id-Deputat Prim Ministru Ian Borg irringrazzja lill-impjegati kollha tal-MCC, u qal li dan is-suċċess huwa riżultat tal-ħidma u d-dedikazzjoni tagħhom.

“Dan il-ftehim huwa garanzija li l-kundizzjonijiet tax-xogħol se jibqgħu jitjiebu u li l-MCC se jkompli jkun ċentru ta' eċċellenza li jattira l-aqwa konferenzi u avvenimenti. Il-Gvern se jkompli jkun ta' spalla għall-ħaddiema u jassigura li kull pass li nieħdu jkun wieħed li jħares 'il quddiem," sostna Ian Borg.

L-Uffiċjal Kap Eżekuttiv tal-MCC Pierre Fenech qal: “Ninsab ferħan li nara l-impatt pożittiv tal-kisbiet tal-MCC matul l-aħħar ftit snin, li wasslu għal kundizzjonijiet imtejjba għall-impjegati dedikati tagħna—is-sinsla vera tal-organizzazzjoni tagħna. Ix-xogħol iebes u l-impenn tagħhom kienu strumentali fis-suċċess tagħna, u aħna kburin li nirrikonoxxuhom u nippremjawhom għall-kontribuzzjonijiet tagħhom."

Rappreżentanta miIl-UHM, is-Sa Antoinette Aquilina qalet li tinsab sodisfatta li ġie konkluż dan il-ftehim kollettiv. “L-impjegati koperti minn dan il-ftehim se jibbenefikaw minn żieda fis-salarju bażiku, progressions fil-karriera u allowances ġodda bħala rikonoxximent għax-xogħol tagħhom. Il-UHM tibqa' impenjata u tkompli taħdem sabiex tiżgura kundizzjonijiet ta' xogħol aħjar u pagi ġusti għall-ħaddiema taċ-Ċentru," qalet is-Sa Aquilina.

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U T-TURIŻMU Ftehim Kollettiv ġdid bejn il-Mediterrean Conference Centre u l-UHM - Voice of the Workers
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U T-TURIŻMU Ftehim Kollettiv ġdid bejn il-Mediterrean Conference Centre u l-UHM - Voice of the Workers
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U T-TURIŻMU Ftehim Kollettiv ġdid bejn il-Mediterrean Conference Centre u l-UHM - Voice of the Workers
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow