Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-ISPTAR MATER DEI

PR250460
Date Icon 21/03/2025

Ilbieraħ, l-20 ta' Marzu, fis-18:45 ta' filgħaxija, seħħ inċident fl-Isptar Mater Dei fejn infermier allegatament attakka infermiera oħra. Minnufih ingħatat assistenza medika immedjata, u l-kundizzjoni tagħha qed tiġi mmonitorjata mill-qrib.

L-Isptar Mater Dei flimkien mal-Pulizija, qed jikkopera bis-sħiħ biex niżguraw investigazzjoni bir-reqqa u trasparenti.

L-Isptar Mater Dei huwa impenjat bis-sħiħ li jżomm ambjent sigur, ta' rispett u ta' sostenn għall-ħaddiema, il-pazjenti u viżitaturi kollha. Kif mistenni, ma hemm l-ebda tolleranza għall-atti vjolenti, fastidju, abbuż jew imġieba mhux xierqa fi ħdan l-Isptar. Dan l-aġir hu kompletament inaċċettabbli u ma jirriflettix il-valuri li nieħdu b'serjetà kbira f'dan l-Isptar.

L-Isptar Mater Dei jibqa' impenjat li jżomm ambjent sigur u rispettuż għall-impjegati u l-pazjenti kollha tagħha, u aħna qed nieħdu l-azzjonijiet kollha meħtieġa biex nindirizzaw din is-sitwazzjoni b'mod xieraq.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow