Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU

pr250443
Date Icon 18/03/2025

L-Uffiċċju tal-Prim Ministru qiegħed jippubblika l-fatti, il-konsiderazzjonijiet, il-konklużjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet tal-inkjesta amministrattiva maħtura mill-Prim Ministru mmexxija mill-Imħallef irtirat Geoffrey Valenzia dwar il-fatti u ċ-ċirkostanzi li wasslu għas-serqa ta’ reżina tal-kannabis li kienet maħżuna fil-Kwartieri tal-Forzi Armati ta’ Malta f’Ħal Safi, fil-lejl ta’ bejn it-22 u t-23 ta’ Frar, 2025. Dan flimkien mal-parir tal-ippubblikar mill-Imħallef Valenzia. Inkjesta li hi indipendenti mill-investigazzjonijiet kriminali u jew proċedimenti legali oħra bħall-inkjesta maġisterjali.

Riżultanza tal-konklużjonijiet tal-inkjesta amministrattiva, qiegħda titneħħa s-sospensjoni tal-Brigadier Clinton O’Neill u reġa’ ngħata r-responsabbiltajiet kollha marbuta ma’ Kap Kmandant tal-Forzi Armati ta’ Malta.

Il-proċeduri interni ta’ dixxiplina mill-Forzi Armati ta’ Malta fil-konfront ta’ min naqas, anke kif stabbilixxiet l-inkjesta amministrattiva, ser ikomplu għaddejjin skont il-liġi tal-Forzi Armati ta' Malta. 

Il-Gvern ser ikun qiegħed jevalwa r-rakkomandazzjonijiet stabbiliti fl-inkjesta amministrattiva mill-Imħallef Valenzia biex jieħu l-azzjonijiet neċessarji.

PR250443a.pdf

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow