Left arrow Go Back

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAX-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Il-Public Works għaddejja b’ħidma fuq tliet proġetti importanti fil-Birgu

PR250384
Date Icon 10/03/2025

Dawn il-proġetti se jsaħħu l-kwalità tal-ħajja u t-tradizzjonijiet Maltin

Fil-Birgu, id-Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi għaddej bi tliet proġetti importanti għar-residenti Ġirbin. Dawn huma, ir-riġenerazzjoni u tisbiħ ta' żona fi Triq San Lawrenz; it-tfassil tax-xogħol biex jibdew xogħlijiet infrastrutturali fi Triq Wenzu Dyer, Triq il-Lvant u Triq Melchiorre Gafa; u t-tlestija tal-bini tal-Klabb House tar-Regatta.

Dawn it-tliet proġetti qegħdin isiru b'investiment ta' aktar minn miljun ewro u ser ikunu qegħdin joffru kwalità ta' ħajja aħjar mhux biss lir-residenti li jabitaw dawn iż-żoni u faċilitajiet tal-ogħla livell lill-voluntiera tal-Klabb tar-Regatta, iżda ser ikunu ta' sostenn għall-poplu Vittorjosan kollu.

Fi Triq San Lawrenz, bħalissa daħal fl-aħħar fażi tiegħu x-xogħol ta' riġenerazzjoni u tisbiħ ta' spazju li fih ir-residenti ta' din iż-żona jistgħu jirrilassaw flimkien. Fl-aħħar ġimgħat twettqu xogħlijiet li kienu jinkludu l-bdil tal-ħajt  tal-madwar, rampa ġdida għal persuni b'diżabilità biex tissaħħaħ l-aċċessibbiltà, pavimentar ġdid u l-ħolqien ta' erba' postijiet addizzjonali għall-parkeġġ.

Il-proġett tal-Klabb House tar-Regatta, li jinkludi xogħlijiet importanti fil-kumpless sportiv, wasal fil-fażi finali tiegħu. Id-Dipartiment wettaq xogħlijiet li kienu jinkludu l-bini ta' sular ġdid fuq is-sular eżistenti, installazzjoni ta' lift biex iżid l-aċċessibbiltà, installazzjoni ta' aperturi ġodda, tibdil tal-bibien eżistenti u xogħol ta' elettriku, plumbing, kisi, fost l-oħrajn.

Dawn iż-żewġ proġetti huma mistennija li jitlestew fil-ġimgħat li ġejjin.

Fl-aħħar jiem ukoll, id-Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi, b'kollaborazzjoni mal-Water Services Corporation u l-Kunsill Lokali tal-Birgu ffirmaw Memorandum of Understanding biex tliet toroq maġġuri fil-Birgu – Triq Wenzu Dyer, Triq il-Lvant u Triq Melchiorre Gafa – isirilhom xogħol infrastrutturali kruċjali.

Quddiem dan l-investiment bla preċedent, is-Segretarju Parlamentari għax-Xogħlijiet Pubbliċi Omar Farrugia rrimarka kif dawn il-proġetti huma frott id-djalogu ħaj u kontinwu li l-Public Works iżżomm mal-Kunsilli Lokali kif ukoll mal-għaqdiet volontarji fil-qalba tal-lokalitajiet tagħna.

“Biex nagħmlu d-differenza fil-ħajja tan-nies irridu nisimgħu u nifhmu biex imbagħad inkunu nistgħu naġixxu u nwasslu proġetti li jsaħħu l-kwalità tal-ħajja tal-komunitajiet tagħna kif ukoll jagħtu l-għodda neċessarja lill-għaqdiet biex dak li huwa wirt tagħna nkomplu nipproteġuh," temm jgħid is-Segretarju Parlamentari.

Is-Sindku tal-Birgu John Boxall, irringrazzja lill-Public Works li qiegħed iwettaq proġetti importanti għal-lokalità tal-Birgu li tant ilhom mixtiqin mir-residenti kollha.

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAX-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Il-Public Works għaddejja b’ħidma fuq tliet proġetti importanti fil-Birgu
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAX-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Il-Public Works għaddejja b’ħidma fuq tliet proġetti importanti fil-Birgu
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow