STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U D-DRITTIJIET TAT-TFAL: Imnedija kampanja ġdida li tkompli tippromwovi l-fostering
Il-Fondazzjoni għas-Servizzi ta' Ħarsien Soċjali (FSWS) nediet kampanja ġdida sabiex tkompli tippromwovi l-kunċett tal-fostering ta' tfal f'pajjiżna.
Quddiem is-suċċessi li nkisbu fl-aħħar snin, l-FSWS ħasset il-bżonn li tkompli tħeġġeġ familji jilqgħu fosthom tfal. Dan sabiex dawn it-tfal jitilgħu f'ambjent pożittiv u jgawdu minn imħabba, empatija u affezzjoni.
Il-Ministru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal Michael Falzon qal li bħalissa hemm aktar minn 50 tifel u tifla li jistgħu jiġu fostered. Dan filwaqt li sa tmiem is-sena 2024 kien hemm 273 tfal fostered. Dan ifisser li 54% tat-tfal kollha li jinsabu f'kura alternattiva bħalissa qegħdin fil-fostering.
“L-għan tagħna huwa li nintegraw mill-ġdid lit-tfal mal-ġenituri bijoloġiċi jekk dan ikun fl-aħjar interess tal-istess minuri. F'każ li dan ma jkunx possibbli, il-fostering joffri kura u pjan ta' permanenza," spjega l-Ministru Michael Falzon.
Intant, kull min huwa interessat jikseb aktar informazzjoni jista' jagħmel dan billi jikkuntattja lit-tim tal-fostering tal-FSWS fuq in-numru 1778.
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN