Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, L-INTRAPRIŻA U PROĠETTI STRATEĠIĊI U MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAD-DJALOGU SOĊJALI Ikompli l-proċess li se jwassal għal Viżjoni Malta 2050 b’laqgħa oħra tal-MCESD

pr250346
Date Icon 28/02/2025

“Kif wegħedna f'Ottubru tas-sena l-oħra, l-MCESD se tkun fora ewlenija fejn niddiskutu l-proċess kollu li se jwassalna biex fil-ġimgħat li ġejjin tkun ippubblikata għad-diskussjoni pubblika Viżjoni Malta 2050", qal il-Ministru għall-Ekonomija, l-Intrapriża u Proġetti Strateġiċi Silvio Schembri waqt li għal darb'oħra indirizza laqgħa tal-MCESD biex jagħti rendikont tal-ħidma li qed issir għat-tfassil ta' Viżjoni Malta 2050.

Waqt din il-laqgħa ngħatat preżentazzjoni dwar il-kunċett u l-pilastri ewlenin li fuqha se tkun mibnija Viżjoni Malta 2050. “Il-prinċipju bażiku jibqa' dak li jkollna kwalità ta' ħajja tajba u b'saħħitha għal kulħadd. U dan nistgħu nagħmluh b'erba' prinċipji: tkabbir ekonomiku sostenibbli, servizzi ċentrali aċċessibbli miċ-ċittadin, pajjiż reżiljenti u sistema edukattiva moderna, użu għaqli tal-baħar u l-art", qal il-Ministru Schembri.

Il-Ministru spjega li fi ftit ġimgħat oħra Viżjoni Malta 2050, b'miri speċifiċi li jridu jintlaħqu sal-2035, se tkun qed tiġi ppreżentata lill-Kabinett u wara tkun miftuħa għall-konsultazzjoni pubblika.

Min-naħa tiegħu, is-Segretarju Parlamentari għad-Djalogu Soċjali Andy Ellul fisser il-viżjoni bħala opportunità unika biex insawru Malta ta' għada. Qal li Viżjoni Malta 2050 tipprovdi qafas b'saħħtu li fuqu se nkunu qed infasslu d-deċenji li ġejjin, fejn Malta mhux biss tibqa' attraenti għall-investituri iżda wkoll tibqa' d-dar naturali tal-Maltin u l-Għawdxin li fiha jilħqu l-aspirazzjonijiet tagħhom u jibnu futur aħjar għalihom u għall-ġenerazzjonijiet futuri.

“Il-viżjoni tagħti prijorità lill-protezzjoni ambjentali, it-tisħiħ tal-politika soċjali u l-governanza tajba. Hija viżjoni li taħseb f'kulħadd, minn imprendituri li fetħu negozju ġdid, sa oħrajn li qed ifittxu biex jespandu l-operat tagħhom, studenti li jaspiraw li jibnu ħajja f'pajjiżhom u pensjonanti li qed ifittxu li jgawdu l-ħajja f'ambjent trankwill u sikur", saħaq is-segretarju parlamentari.

Dr Ellul esprima s-sodisfazzjon tiegħu li din il-viżjoni qed tiġi diskussa mal-imsieħba soċjali għaliex dan id-djalogu se jkun qed isaħħaħ il-viżjoni li mhux biss tipprepara lil Malta għall-futur iżda li twassal għal qabża fil-kwalità tal-ħajja għall-ġenerazzjonijiet li ġejjin.

Iċ-Chairperson tal-MCESD, il-Perit David Xuereb, spjega li, wara diversi laqgħat interni fi ħdan l-MCESD, din kienet it-tielet laqgħa formali fejn il-Gvern ippreżenta l-andament tal-iżvilupp ta' Viżjoni Malta 2050. Matulha ġew diskussi dettalji importanti, bil-Gvern jisma' u jikkunsidra s-suġġerimenti tal-imsieħba soċjali biex din il-viżjoni ssir aktar komprensiva u inklussiva.

Il-Perit Xuereb enfasizza li dan il-proċess juri kollaborazzjoni dinamika bejn il-membri tal-MCESD, sabiex jiżguraw li l-Viżjoni Malta 2050 tirrifletti l-aspirazzjonijiet tal-poplu. L-għan huwa li jinħoloq qafas li mhux biss jiflaħ it-test taż-żmien, imma wkoll jissalvagwardja l-awtentiċità u l-valuri ta' Malta għall-ġenerazzjonijiet futuri.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, L-INTRAPRIŻA U PROĠETTI STRATEĠIĊI U MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAD-DJALOGU SOĊJALI Ikompli l-proċess li se jwassal għal Viżjoni Malta 2050 b’laqgħa oħra tal-MCESD
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow