Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-WIRT NAZZJONALI, L-ARTI U L-GVERN LOKALI Jibda r-restawr tal-bastjun ta’ Notre Dame b’investiment ta’ €800,000

PR250337
Date Icon 27/02/2025

Se tinkixef parti kbira mill-wirt storiku li ntradam fit-Tieni Gwerra Dinjija

Ingħata bidu għal proġett ta' restawr tal-Bastjun ta' Notre Dame, fejn se terġa' tinkixef parti kbira minnu li kienet intradmet bit-terrapien matul it-Tieni Gwerra Dinjija.

Il-fortifikazzjonijiet tal-Kottonera huma linji estensivi ta' swar mibnija mill-Kavallieri fl-aħħar tas-seklu sbatax biex jipproteġu l-Port il-Kbir u l-ibliet tal-Kottonera. Dan il-proġett qed isir b'investiment li jlaħħaq it-€800,000, bix-xogħol ta' din il-fażi ta' restawr li għadu kif beda mistenni li jitlesta sa nofs is-sena d-dieħla.

Il-Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali Owen Bonnici qal, “Dan il-proġett ta' restawr huwa prova ċara tal-impenn tal-Gvern biex inkomplu nipproteġu u nippreservaw il-wirt storiku tagħna. Il-fortifikazzjonijiet tal-Kottonera huma parti integrali mill-identità kulturali ta' pajjiżna, u dan l-investiment mhux biss se jgħin fil-konservazzjoni tagħhom, imma wkoll joffri valur turistiku u edukattiv għas-soċjetà tagħna."

Is-Segretarju Parlamentari għall-Gvern Lokali Alison Zerafa Civelli qalet li permezz ta' dawn il-proġetti qed isir xogħol siewi ta' restawr fil-lokalitajiet tagħna. “Huma propju l-Kunsilli Lokali li jressqu l-proposti tagħhom għax ħadd ma jaf il-bżonnijiet tal-lokal aktar mill-Kunsilli Lokali nnifishom u għaldaqstant kommessi li nkomplu nimplimentaw proġetti ta' dan it-tip," saħqet is-Segretarju Parlamentari.

Il-Perit Daphne Fenech, li hija inkarigata minn dan ix-xogħol, spjegat il-proċess delikat fejn ser terġa' tinkixef parti kbira mill-bastjun li kienet intradmet bit-terrapien fi żmien it-tieni Gwerra Dinjija. Ix-xogħol jinkludi rinfurzar tal-istruttura tal-bastjun fejn din ġarrbet ħsarat estensivi, it-tneħħija ta' materjali u għeruq li qed jagħmlu ħsara lill-ġebla, it-tindif, il-bdil ta' ġebel immermer, it-tikħil ta' fili miftuħa u rock bolting, fost interventi oħra.

Il-fortifikazzjonijiet tal-Kottonera ġew iddisinjati mill-arkitett militari u inġinier Maurizio Valperga, u l-kostruzzjoni bdiet fl-1670. Dawn il-linji estensivi ta' fortifikazzjonijiet jikkonsistu fi tmien bastjuni u żewġ demi-bastjuni. Il-bastjuni huma msemmija St. Paul, St. John, St. Nicholas, St. Clement, Notre Dame, St James, St. Louis, u San Salvatore. Fl-ewwel nofs tas-seklu tmintax, ġew miżjuda bosta bibien skont id-disinn ta' Romano Carapecchia. L-investiment qawwi meħtieġ għall-proġett wassal biex il-fortifikazzjonijiet ma ġewx konklużi kif kien pjanat. Kienu mbagħad saru bosta tibdiliet mill-Ingliżi fis-seklu dsatax, biex tejbu r-reżistenza tal-fortifikazzjonijiet.

Preżenti għal din iż-żjara kien hemm iċ-Chairman tal-Cottonera Foundation, Joe Mizzi, kif ukoll rappreżentanti mill-Kunsilli Lokali ta' Bormla u Ħaż-Żabbar.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-WIRT NAZZJONALI, L-ARTI U L-GVERN LOKALI Jibda r-restawr tal-bastjun ta’ Notre Dame b’investiment ta’ €800,000
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-WIRT NAZZJONALI, L-ARTI U L-GVERN LOKALI Jibda r-restawr tal-bastjun ta’ Notre Dame b’investiment ta’ €800,000
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-WIRT NAZZJONALI, L-ARTI U L-GVERN LOKALI Jibda r-restawr tal-bastjun ta’ Notre Dame b’investiment ta’ €800,000
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow