Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U D-DRITTIJIET TAL-ANNIMALI: Malta tilqa' l-Viżjoni għall-Agrikoltura u l-Ikel addottata mill-Kummissjoni Ewropea

pr250321
Date Icon 25/02/2025

Malta laqgħet il-Viżjoni għall-Agrikoltura u l-Ikel li kienet addottata mill-Kummissjoni Ewropea, li tipprovdi pjan direzzjonali ċar għall-futur tas-settur agrikolu.

Fl-intervent tiegħu fuq dan il-punt, il-Ministru Anton Refalo stqarr li Malta tqis l-erba' oqsma li tiffoka fuqhom il-viżjoni bħala essenzjali u kruċjali. Dawn huma settur attraenti, settur kompetittiv u reżiljenti, settur li jiflaħ għall-futur, u kundizzjonijiet ta' għajxien u xogħol ġust f'żoni rurali. “Li rridu niżguraw huwa li dawn il-prijoritajiet jiġġeneraw l-impetu tant meħtieġ u jkollhom l-impatt tanġibbli li jistħoqqlu s-settur sabiex tiġi assigurata s-sostenibbiltà fit-tul tas-sistemi agrikoli u tal-ikel," sostna l-Ministru Refalo.

Waqt il-Kunsill ġiet diskussa wkoll is-sitwazzjoni tas-swieq, fejn il-Ministru Refalo saħaq l-importanza li nkomplu nissorveljaw mill-qrib is-sitwazzjoni. Huwa tenna li Malta taffaċċja spejjeż addizzjonali minħabba l-insularità li jwassal għal prezzijiet ogħla tal-materji prima li jaffettwa l-prezzijiet fl-ikel għall-konsumatur. Huwa rrefera wkoll għas-saħħa tal-annimali u l-pjanti li minħabba implikazzjonijiet usa' it-tixrid tal-mard jista' jkollu impatt negattiv fuq is-swieq.

Waqt l-intervent tiegħu fuq is-suġġett ta' Rural Proofing, il-Ministru Refalo saħaq  kemm hu kruċjali t-tfassil tal-politika f' dan il-qasam, sabiex ikun żgurat li l-ħtiġijiet uniċi u varji tal-komunitajiet rurali jiġu kkunsidrati. “L-isfidi taż-żoni rurali f'Malta huma ferm differenti meta mqabbla ma' ħafna Stati Membri oħra.  Dan huwa dovut għad-daqs żgħir tagħna, d-densità għolja tal-popolazzjoni, u l-kuntest soċjo-ekonomiku uniku. Dan jitfa' pressjoni fuq ir-raba agrikola, frammentazzjoni ta' għelieqi u l-ekonomija ta' skala żgħira. Għaldaqstant, nisħqu fuq l-importanza li qabel ma jiġu adottati għodod ġodda ta' politika, dawn id-differenzi, anke bejn il-pajjiżi, għandhom jiġu meqjusa."

Filwaqt li semma kif Malta qed timplimenta il-Politika Agrikola Nazzjonali flimkien mal-Politika Rurali għall-Gżejjer Maltin, fejn semma wkoll il-ħidma tal-Gvern fil-qasam tar-raba, il-Ministru Refalo laqa' l-enfasi fil-Viżjoni adottata reċentement dwar iż-żoni rurali u jħares 'il quddiem għal aktar diskussjoni fuq dan is-suġġett aktar fid-dettal.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U D-DRITTIJIET TAL-ANNIMALI: Malta tilqa' l-Viżjoni għall-Agrikoltura u l-Ikel addottata mill-Kummissjoni Ewropea
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U D-DRITTIJIET TAL-ANNIMALI: Malta tilqa' l-Viżjoni għall-Agrikoltura u l-Ikel addottata mill-Kummissjoni Ewropea
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U D-DRITTIJIET TAL-ANNIMALI: Malta tilqa' l-Viżjoni għall-Agrikoltura u l-Ikel addottata mill-Kummissjoni Ewropea
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U D-DRITTIJIET TAL-ANNIMALI: Malta tilqa' l-Viżjoni għall-Agrikoltura u l-Ikel addottata mill-Kummissjoni Ewropea
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow