Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-WIRT NAZZJONALI, L-ARTI U L-GVERN LOKALI L-isfida tal-fake news u l-ħarsien tad-demokrazija diskussi f’konferenza

pr250312
Date Icon 24/02/2025

Il-litteriżmu tal-midja huwa essenzjali biex is-soċjetà tkun infurmata u kapaċi tiddistingwi bejn il-fatti u l-finzjoni. F'dinja fejn id-diżinformazzjoni qed tiżdied b'rata mgħaġġla, Malta qed tieħu passi konkreti biex issaħħaħ il-kapaċitajiet tal-pubbliku fit-tfittxija u l-verifika tal-informazzjoni.

F'dan il-kuntest, saret konferenza speċjalizzata ġewwa l-Mużew Marittimu li laqqgħet fiha akkademiċi tal-media, ġurnalisti, rappreżentanti ta' stazzjonijiet lokali, influencers, kif ukoll letturi li jgħallmu s-suġġett tal-media. Matul il-konferenza, il-parteċipanti ddiskutew kif il-media tista' tkun aktar ta' għajnuna u ta' għarfien għal kulħadd.

Waqt id-diskors tiegħu, il-Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali Owen Bonnici saħaq, “Il-fake news hija sfida serja għad-demokrazija u s-soċjetà tagħna. Id-diżinformazzjoni qed tinxtered b'veloċità allarmanti, tħalli impatt fuq l-opinjoni pubblika u saħansitra ddgħajjef il-fiduċja fix-xjenza u l-istituzzjonijiet. Huwa kruċjali li nsaħħu l-litteriżmu tal-media, speċjalment fost iż-żgħażagħ, biex nitgħallmu niċċekkjaw il-fatti u niddefendu l-verità. B'ħidma kollettiva nistgħu nsaħħu s-soċjetà kontra l-gideb u d-diżinformazzjoni."

Iċ-Chairperson tal-Bord tal-Media Literacy Development Charles Cassar spjega l-pjan tal-bord għas-snin li ġejjin, fejn qal li fost affarijiet oħra se jibda jiġi ppreparat materjal edukattiv li se jitqassam lil-letturi fl-iskejjel, kif ukoll se jsiru sessjonijiet ta' taħriġ kemm għall-edukaturi kif ukoll għal persuni anzjani fiċ-ċentri ta' matul il-jum.

Il-konferenza kienet maqsuma f'żewġ sessjonijiet. Fl-ewwel sessjoni, panel ta' esperti ddiskuta d-diżinformazzjoni u l-fake news, filwaqt li kienet ipprovduta wkoll l-opportunità lill-udjenza biex tagħmel interventi u tressaq il-mistoqsijiet tagħha. Fit-tieni sessjoni, saru workshops fejn l-esperti fl-udjenza taw il-kontribut tagħhom b'soluzzjonijiet konkreti dwar kif nistgħu nsaħħu l-litteriżmu tal-media fil-komunità.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-WIRT NAZZJONALI, L-ARTI U L-GVERN LOKALI L-isfida tal-fake news u l-ħarsien tad-demokrazija diskussi f’konferenza
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow