Left arrow Go Back

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-ANZJANITÀ ATTIVA Inawgurat pitch tal-boċċi ġdid f’Dar il-Madonna tal-Mellieħa

pr250267
Date Icon 18/02/2025

Wara s-suċċess tal-ewwel pitch tal-boċċi fid-dar tal-anzjani tal-Imtarfa, issa ġie inawgurat it-tieni pitch tal-boċċi f’dar residenzjali – din id-darba f’Dar il-Madonna tal-Mellieħa. Dan il-proġett, immexxi mill-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità (AAKK), huwa parti mill-impenn kontinwu biex jiġu offruti aktar opportunitajiet ta’ attività fiżika u soċjali għall-anzjani.

Dan il-pitch tal-boċċi ġie mibni f’Dar il-Madonna tal-Mellieħa wara li numru ta’ residenti wrew interess qawwi f’dan l-isport u ħadu sehem ukoll fil-ftuħ tal-pitch tal-Imtarfa. F’dan il-proġett ingħatat attenzjoni speċjali lill-aċċessibbiltà biex persuni b’diffikultajiet fiżiċi, inkluż dawk li jużaw siġġu tar-roti, ikunu jistgħu jipparteċipaw. 

Is-Segretarju Parlamentari għall-Anzjanità Attiva, Malcolm Paul Agius Galea, saħaq li dawn l-inizjattivi qed juru kif l-investiment fl-attività fiżika u soċjali qed jagħti riżultati tajbin. “L-esperjenza fil-pitch tal-Imtarfa wrietna li l-anzjani qed jieħdu gost b’dan l-isport u għalhekk komplejna ninvestu. Issa qed naħdmu biex nidentifikaw żoni f’aktar djar residenzjali, inkluż f’San Vinċenz de Paul, sabiex ninvestu f’aktar spazji fejn l-anzjani jkollhom il-possibbiltà li jipparteċipaw f’dan l-isport li jgħinhom jibqgħu attivi kemm mentalment kif ukoll fiżikament”, temm jgħid is-segretarju parlamentari.

L-isport tal-boċċi mhux biss joffri attività fiżika u mentali iżda wkoll jinkoraġġixxi l-interazzjoni soċjali, speċjalment fost l-irġiel li spiss joqogħdu lura milli jipparteċipaw f’attivitajiet oħra.

Il-pitch se jkun disponibbli għar-residenti tad-dar, dawk li jattendu ċ-Ċentru ta’ Matul il-Jum, kif ukoll għall-anzjani mill-komunità. L-AAKK qed tippjana wkoll tournaments bejn djar residenzjali u l-komunità, sabiex l-anzjani jkollhom aktar opportunitajiet biex jiltaqgħu u jieħdu gost flimkien.

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-ANZJANITÀ ATTIVA Inawgurat pitch tal-boċċi ġdid f’Dar il-Madonna tal-Mellieħa
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-ANZJANITÀ ATTIVA Inawgurat pitch tal-boċċi ġdid f’Dar il-Madonna tal-Mellieħa
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-ANZJANITÀ ATTIVA Inawgurat pitch tal-boċċi ġdid f’Dar il-Madonna tal-Mellieħa
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow