Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U L-ANZJANITÀ ATTIVA Jitlesta proġett ta’ rinnovar fil-Koperattiva KOLS

PR250248
Date Icon 14/02/2025

Il-Ministru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva Jo Etienne Abela żar il-Koperattiva KOLS fejn tlesta proġett ta’ rinnovar fil-Healthcare Laundry tal-Gvern b’investiment ta’ madwar €1 miljun.

Matul din iż-żjara ġie spjegat kif grazzi għal dan l-investiment, sar titjib fl-operat tal-Koperattiva u fl-istess waqt qed jinżammu l-istandards tal-Unjoni Ewropea bħal ‘Risk Assessment and Bacteriological Control’, kif ukoll qed jiġu sodisfatti r-regolamenti tal-UE li jirregola l-‘Healthcare Laundries’. 

Il-Ministru Jo Etienne Abela spjega kif ix-xogħol ta’ din il-koperattiva huwa importanti hekk kif tieħu ħsieb il-laundry tal-isptarijiet u l-kliniċi kollha tal-gvern f’pajjiżna. Spjega li permezz ta’ dan il-proġett u investiment f’makkinarju modern qed twassal għal servizz aktar effiċjenti u fl-istess waqt qed inaqqsu wkoll il-carbon footprint tagħhom hekk kif l-operat issa huwa aktar energy efficient. 

“Matul is-snin, din il-koperattiva kompliet ittejjeb il-kwalità fis-servizz u fl-operat tagħha sabiex iżżid l-effiċjenza u tnaqqas l-ispejjeż marbuta mal-operat. Kommessi li nkomplu nimplimentaw proġetti bħal dawn li jwasslu għal servizz aktar effiċjenti u ta’ kwalità,” temm jgħid il-Ministru Abela.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U L-ANZJANITÀ ATTIVA Jitlesta proġett ta’ rinnovar fil-Koperattiva KOLS
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U L-ANZJANITÀ ATTIVA Jitlesta proġett ta’ rinnovar fil-Koperattiva KOLS
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U L-ANZJANITÀ ATTIVA Jitlesta proġett ta’ rinnovar fil-Koperattiva KOLS
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U L-ANZJANITÀ ATTIVA Jitlesta proġett ta’ rinnovar fil-Koperattiva KOLS
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow