Left arrow Go Back

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-UGWALJANZA U R-RIFORMI Kampanja ta’ għarfien dwar il-kunsens għal Jum San Valentinu

PR250246
Date Icon 14/02/2025

“Il-kunsens mhux permanenti u jista’ jitneħħa f’kull ħin,” saħqet is-Segretarju Parlamentari għall-Ugwaljanza u r-Riformi, Rebecca Buttigieg, waqt attività organizzata bħala parti mill-kampanja tal-Kummissjoni dwar il-Vjolenza Abbażi tal-Ġeneru fl-Università ta’ Malta. Hija żiedet tgħid li dawn il-kampanji ta’ għarfien qed isaħħu l-ġlieda tas-soċjetà tagħna biex tiżdied il-kuxjenza dwar din il-pjaga soċjali u biex tibgħat messaġġ ċar li l-imħabba ma tweġġax.

Din il-kampanja ta’ għarfien, imnedija mis-Segretarjat Parlamentari għall-Ugwaljanza u r-Riformi permezz tal-Kummissjoni dwar il-Vjolenza Abbażi tal-Ġeneru, tisħaq dwar l-importanza tal-kunsens. L-għan ewlieni tal-kampanja huwa li xxerred kemm jista’ jkun informazzjoni dwar is-sinifikat tal-kunsens fil-ħajja ta’ kuljum, speċjalment fir-relazzjonijiet intimi.

Diskussjoni mal-istudenti tal-Università ta’ Malta, li saret proprju f’Jum San Valentinu, kienet il-qofol tal-kampanja. Diversi studenti u akkademiċi esprimew il-ħsibijiet tagħhom dwar it-temi tal-komunikazzjoni, ir-rispett u l-għażla libera tal-persuna, kemm fir-relazzjonijiet intimi u sesswali kif ukoll f’kuntesti soċjali u diġitali.

Waqt id-diskussjoni, li kellha t-tema ‘Let’s Talk About Consent’, il-Kummissarju dwar il-Vjolenza Abbażi tal-Ġeneru u l-Vjolenza Domestika, Samantha Pace Gasan, flimkien ma’ diversi parteċipanti oħra, ippreżentat il-prinċipji ewlenin tal-kunsens. Dawn inkludew kif wieħed għandu jikkomunika u jirrispetta l-għażliet tal-persuni l-oħra u x’konsegwenzi jistgħu jseħħu jekk il-kunsens ma jiġix rispettat.

Il-kampanja tkompli fuq inizjattivi preċedenti bħall-kampanja nazzjonali għas-16-il Jum ta’ Attiviżmu kontra l-Vjolenza Abbażi tal-Ġeneru, ‘Nieqfu Flimkien. Flimkien Infiqu’. L-għan tagħha huwa li tgħolli l-livell ta’ għarfien fil-pubbliku dwar kif il-prattika tal-kunsens tassigura li d-dinjità u l-għażliet tal-persuna jiġu rispettati mingħajr manipulazzjoni, theddid, forza jew forom oħra ta’ abbuż.

Intant, waqt attività oħra, il-Kummissjoni stiednet lill-membri parlamentari biex jingħaqdu fil-prevenzjoni tal-vjolenza abbażi tal-ġeneru u l-vjolenza domestika. F’din l-attività tqassmu kartolini marbuta ma’ Jum San Valentinu, li jfakkru kif il-kunsens huwa l-pedament ta’ relazzjoni b’saħħitha.

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-UGWALJANZA U R-RIFORMI Kampanja ta’ għarfien dwar il-kunsens għal Jum San Valentinu
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-UGWALJANZA U R-RIFORMI Kampanja ta’ għarfien dwar il-kunsens għal Jum San Valentinu
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow