Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAT-TRASPORT, L-INFRASTRUTTURA U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Jibda x-xogħol ta’ riġenerazzjoni ta’ Pjazza Buġibba, bidu ta’ era ġdida f’dan is-sit

pr250238
Date Icon 13/02/2025

Beda uffiċjalment ix-xogħol ta' riġenerazzjoni fil-pjazza prinċipali ta' Buġibba, b'investiment ta' 10 miljun ewro f'waħda mill-aktar destinazzjonijiet turistiċi u ta' divertiment popolari f'Malta. Dan il-proġett, immexxi b'mod konġunt mill-Awtorità Maltija għat-Turiżmu (MTA) u Infrastructure Malta (IM), għandu l-għan li jagħti ħajja ġdida lill-pjazza u jgħolli l-identità tagħha kemm għan-nies tal-lokal kif ukoll għall-viżitaturi.

Waqt konferenza tal-aħbarijiet li għaliha fost oħrajn kien hemm preżenti membri tal-kunsill lokali u rappreżentanti tal-komunità kummerċjali, il-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħlijiet Pubbliċi Chris Bonett spjega kif l-aħħar intervent f'din iż-żona ta Buġibba jmur lura għal aktar minn 20 sena ilu.  “Il-viżjoni ta' dan il-gvern hija ċara, qegħdin nirriġeneraw u ntejjbu l-ispazji pubbliċi f'pajjiżna, nagħtuhom ħajja ġdida u nagħmluhom aktar attraenti għall-Maltin, Għawdxin u t-turisti li jżuruna."

Il-ministru fakkar kif dan il-proġett jinsab ftit mijiet ta metri 'l bogħod minn proġett ieħor li qed twettaq Infrastructure Malta f'din il-lokalità, dak tal-breakwater u ferry landing ġdid u li issa wasal fl-aħħar fażi tiegħu. “Kommessi li nkomplu ninvestu f'aktar proġetti li jgħollu l-kwalità tal-ħajja f'pajjiżna, filwaqt li nkunu ta' sostenn għas-settur privat biex inħeġġuh jaġġorna u jtejjeb l-prodott tiegħu, li mbagħad jiġi offrut lit-turisti u nies tal-lokal bl-istess mod," temm jgħid il-Ministru Chris Bonett.

Min-naħa tiegħu, l-Kap Eżekuttiv ta Infrastructure Malta Steve Ellul, elenka l-fażijiet ta dan il-proġett li mistenni jitlesta sas-sajf tas-sena 2026 fejn apparti dehra kompletament ġdida għal din il-pjazza, Infrastructure Malta ser tkun qed itejjeb is-servizzi li għaddejjin minn taħt l-art u tirriġenera t-toroq li jwasslu għal din iż-żona. Huwa irringrazzja lil dawk kollha li taw sehemhom biex dan il-proġett issa beda jseħħ u kompla jispjega kif Infrastructure Malta u l-Malta Tourism Authority qegħdin jaħdmu id f'id biex il-proġett jitwettaq fil-ħin filwaqt li x-xogħol iħalli l-inqas impatt possibbli fuq dawk li jiffrekwentaw din iż-żona.

Dan il-proġett importanti huwa xhieda tad-dedikazzjoni tal-gvern biex iżomm l-istatus ta' pajjiżna bħala destinazzjoni ewlenija fil-Mediterran. Billi jimmodernizza il-Pjazza ta' Buġibba, il-proġett għandu l-għan li joħloq ambjent vibranti u akkoljenti li jirrifletti l-wirt kulturali għani ta' Malta u l-impenn lejn l-eċċellenza urbana.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAT-TRASPORT, L-INFRASTRUTTURA U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Jibda x-xogħol ta’ riġenerazzjoni ta’ Pjazza Buġibba, bidu ta’ era ġdida f’dan is-sit
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAT-TRASPORT, L-INFRASTRUTTURA U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Jibda x-xogħol ta’ riġenerazzjoni ta’ Pjazza Buġibba, bidu ta’ era ġdida f’dan is-sit
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAT-TRASPORT, L-INFRASTRUTTURA U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Jibda x-xogħol ta’ riġenerazzjoni ta’ Pjazza Buġibba, bidu ta’ era ġdida f’dan is-sit
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow