Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U T-TURIŻMU Id-Deputat Prim Ministru jieħu sehem fl-Artificial Intelligence Action Summit

PR250220
Date Icon 11/02/2025
  • “Malta tappella għal żvilupp responsabbli u użu etiku tal-AI"

“Hekk kif l-Intelliġenza Artifiċjali qed tbiddel l-ekonomiji globali u l-governanza, Malta ttenni s-sejħa tagħha għal żvilupp responsabbli u użu etiku tal-intelliġenza artifiċjali (AI)."

Id-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu Ian Borg irrappreżenta lil Malta fl-Artificial Intelligence Action Summit, nhar il-Ħadd u t-Tnejn, f'Pariġi, fejn mexxejja tal-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea u esponenti ewlenin tal-industrija kellhom diskussjonijiet għolja dwar ir-regolamentazzjoni tal-AI, l-implikazzjonijiet ġeopolitiċi ta' din it-teknoloġija, kif ukoll l-istrateġija tal-Ewropa dwar l-innovazzjoni.

Id-Deputat Prim Ministru Borg ħa sehem f'laqgħa għolja mmexxija mill-President Franċiż Emmanuel Macron, flimkien mal-mexxejja tal-istati membri tal-UE, u rappreżentanti tal-industrija tat-teknoloġija, dwar sehem l-Ewropa fil-futur tal-AI. Malta tenniet l-impenn tagħha lejn politika dwar l-AI msejsa fuq it-trasparenza, il-kontabilità u l-inklussività, filwaqt li saħqet li l-AI jeħtieġ tavvanza id f'id mar-responsabilità soċjali u ambjentali. Dr Borg spjega li pajjiżi żgħar għandu jkollhom l-istess vuċi ta' pajjiżi oħrajn fit-tfassil tal-governanza tal-Ewropea dwar l-AI, sabiex ikun żgurat li t-trasformazzjonijiet diġitali mibnija fuq l-AI jkunu ta' benefiċċju għall-ekonomiji kollha, ikunu liema daqs ikunu.

Id-Deputat Prim Ministru Borg stqarr li Malta tappoġġja l-inizjattiva ta' dan is-Summit bħala pjattaforma ewlenija għall-avvanz tal-koperazzjoni globali dwar l-AI. Tenna l-impenn ta' Malta lejn politika etika dwar l-AI, inkluż it-twettiq tar-Rakkomandazzjonijiet dwar l-Etika fl-AI tal-UNESCO, kif ukoll il-promozzjoni tal-AI biex tixpruna s-sostenibilità, l-innovazzjoni diġitali u l-ħolqien tax-xogħol. Dr Borg kompla jgħid li permezz tal-inizjattiva European Digital Innovation Hubs, Malta b'mod attiv qed tħeġġeġ biex aktar negozji żgħar u medji jużaw l-AI sabiex isaħħu l-kompetittività u l-ħiliet tagħhom fl-ekonomija diġitali.

Bħala parti minn diskussjoni flimkien ma' esponenti ewlenin tal-industrija tal-AI, fosthom diriġenti ta' AMD, HP, STMicroelectronics u oħrajn, id-Deputat Prim Ministru tkellem dwar il-bilanċ bejn l-innovazzjoni permezz tal-AI u kunsiderazzjonijiet etiċi. Saħaq li l-AI mhijiex biss żvilupp teknoloġiku, iżda qawwa ġeopolitika u ekonomika li teħtieġ governanza responsabbli. Tenna li Malta temmen li għandu jkun hemm qafas tal-AI li jkattar il-kompetittività u l-innovazzjoni filwaqt li jiżgura li t-teknoloġija tintuża għall-ġid ta' kulħadd.

“L-investiment f'infrastruttura diġitali reżiljenti, it-tneħħija tal-burokrazija u t-tisħiħ tal-ħiliet u x-xogħlijiet diġitali huma essenzjali jekk irridu npoġġu ċ-ċittadini fuq quddiem. Ser nibqgħu naħdmu mal-imsieħba globali tagħna sabiex noħolqu politika dwar l-AI li sservi l-umanità, mhux bil-kontra," temm jgħid id-Deputat Prim Ministru.

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U T-TURIŻMU Id-Deputat Prim Ministru jieħu sehem fl-Artificial Intelligence Action Summit
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U T-TURIŻMU Id-Deputat Prim Ministru jieħu sehem fl-Artificial Intelligence Action Summit
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U T-TURIŻMU Id-Deputat Prim Ministru jieħu sehem fl-Artificial Intelligence Action Summit
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U T-TURIŻMU Id-Deputat Prim Ministru jieħu sehem fl-Artificial Intelligence Action Summit
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow